Left arrow Mur Lura

L-AWTORITA’ TAD-DJAR TIKSEB BICCA ART KBIRA GHALL-BINI TA’ HOUSING F’SAN GILJAN

PR1331
Date Icon 23/07/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu habbar li bicca art imdaqqsa li qabel kienet tal-Knisja, se tinxtara mill-Awtorita’ tad-Djar minghand l-Ufficcju Kongunt, bil-ghan li fuqha jinbnew ghadd ta’ postijiet residenzjali. Il-Ministru habbar dan f’laqgha li kellu mal-Kunsill Lokali ta’ San Giljan, fl-ufficcju tal-Kunsill.


Il-Ministru Portelli qal li din il-bicca art, li fiha erbat itmiem, giet stmata li tqum  mat-Lm840,000 u dan peress li tinsab f’naha meqjusa bhala prime site. Huwa kompla jghid li din l-art kienet giet identifikata mill-Kummissjoni mmexxija mill-Ex-Prim Ministru, Dr. Karmenu Mifsud Bonnici.


Din il-Kummissjoni kienet inhatret mill-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant biex tidentifika art tal-Gvern u artijiet ohra li l-Gvern xtara minghand il-Knisja u li issa ghaddew f’idejn l-Ufficcju Kongunt, fi hdan il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali. Huwa qal li din il-Kummissjoni rnexxielha tidentifika bcejjec ta’ art f’Malta u f’Ghawdex ghal skopijiet ta’ housing. Il-hidma tal-Kummissjoni mistennija tghin biex tittaffa l-probelma akuta tad-djar fil-pajjiz.


Il-Ministru fakkar illi l-ghadd ta’ applikanti  ghal post alternattiv quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali li wiret minghand il-Gvern Nazzjonalista  kien ta’ madwar 4,500 f’Ottubru tal-1996, waqt li dan in-numru dan l-ahhar nizel ghal madwar 3300. Dan juri l-hidma siewja u fejjieda li twettqet  f’dan il-qasam.


Huwa qal li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar tal-Ministeru, f’dawn l-ahhar 20 xahar, wettaq 92 bicca xoghol ta’ tiswija f’postijiet tal-Gvern,  filwaqt li hemm 37 talba ohra li gew  approvati u li se jsiru dalwaqt. Hafna minn dan ix-xoghol twettaq fil-blokki tal-Qasam tad-Djar, f’Ta Giorni.


Fil-laqgha mal-Kunsill Lokali giet diskussa l-qaghda tat-toroq f’Paceville u anke t-talba tal-Kunsill biex jinstab post alternattiv bhala ufficini ghall-istess Kunsill. Suggett iehor diskuss kien ir-rapport dwar l-efficjenza tal-Kunsilli Lokali u kif dan jirrifletti fuq l-operat tal-Kunsill ta’ San Giljan. Wara l-laqgha, il-Ministru akkumpanjat mis-Sindku, is-Sur Peter Bonello, Kunsillieri u Ufficjali ohra, zar il-Qasam tad-Djar f’Ta’ Giorni u ltaqa’ mar-residenti. Minn ta’ Giorni, il-Ministru mar l-Imtarfa fejn ra l-progress tax-xoghol li l-Awtorita’ tad-Djar qeghda twettaq f’dik il-belt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow