L-AWTORITA’ TAD-DJAR TIKSEB BICCA ART KBIRA GHALL-BINI TA’ HOUSING F’SAN GILJAN
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu habbar li bicca art imdaqqsa li qabel kienet tal-Knisja, se tinxtara mill-Awtorita’ tad-Djar minghand l-Ufficcju Kongunt, bil-ghan li fuqha jinbnew ghadd ta’ postijiet residenzjali. Il-Ministru habbar dan f’laqgha li kellu mal-Kunsill Lokali ta’ San Giljan, fl-ufficcju tal-Kunsill.
Il-Ministru Portelli qal li din il-bicca art, li fiha erbat itmiem, giet stmata li tqum mat-Lm840,000 u dan peress li tinsab f’naha meqjusa bhala prime site. Huwa kompla jghid li din l-art kienet giet identifikata mill-Kummissjoni mmexxija mill-Ex-Prim Ministru, Dr. Karmenu Mifsud Bonnici.
Din il-Kummissjoni kienet inhatret mill-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant biex tidentifika art tal-Gvern u artijiet ohra li l-Gvern xtara minghand il-Knisja u li issa ghaddew f’idejn l-Ufficcju Kongunt, fi hdan il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali. Huwa qal li din il-Kummissjoni rnexxielha tidentifika bcejjec ta’ art f’Malta u f’Ghawdex ghal skopijiet ta’ housing. Il-hidma tal-Kummissjoni mistennija tghin biex tittaffa l-probelma akuta tad-djar fil-pajjiz.
Il-Ministru fakkar illi l-ghadd ta’ applikanti ghal post alternattiv quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali li wiret minghand il-Gvern Nazzjonalista kien ta’ madwar 4,500 f’Ottubru tal-1996, waqt li dan in-numru dan l-ahhar nizel ghal madwar 3300. Dan juri l-hidma siewja u fejjieda li twettqet f’dan il-qasam.
Huwa qal li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar tal-Ministeru, f’dawn l-ahhar 20 xahar, wettaq 92 bicca xoghol ta’ tiswija f’postijiet tal-Gvern, filwaqt li hemm 37 talba ohra li gew approvati u li se jsiru dalwaqt. Hafna minn dan ix-xoghol twettaq fil-blokki tal-Qasam tad-Djar, f’Ta Giorni.
Fil-laqgha mal-Kunsill Lokali giet diskussa l-qaghda tat-toroq f’Paceville u anke t-talba tal-Kunsill biex jinstab post alternattiv bhala ufficini ghall-istess Kunsill. Suggett iehor diskuss kien ir-rapport dwar l-efficjenza tal-Kunsilli Lokali u kif dan jirrifletti fuq l-operat tal-Kunsill ta’ San Giljan. Wara l-laqgha, il-Ministru akkumpanjat mis-Sindku, is-Sur Peter Bonello, Kunsillieri u Ufficjali ohra, zar il-Qasam tad-Djar f’Ta’ Giorni u ltaqa’ mar-residenti. Minn ta’ Giorni, il-Ministru mar l-Imtarfa fejn ra l-progress tax-xoghol li l-Awtorita’ tad-Djar qeghda twettaq f’dik il-belt.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922