GHOTI TA’ DEMM MILL-MEMBRI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
Id-Dipartiment tas-Sahha, f’dawn l-ahhar tliet xhur qed juza l-facilitajiet tat-tejatri ta’ l-operazzjonijiet nhar ta’ Hadd biex jaqta’ mill-lista ta’ stennija ghall-operazzjonijiet minuri.
Dan habbru l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja it-Tabib Michael Farrugia waqt zjara li ghamel fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Hal Luqa waqt ghoti tad-demm mis-suldati permezz ta’ l-uzu tal-Mobile Blood Donor Unit. Din hija l-ewwel zjara tal-Mobile Unit fil-Barracks.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li b’din is-sistema huwa mistenni li fix-xhur li gejjin tkompli tissahhah il-hidma sabiex l-operazzjonijiet fl-iSptar San Luqa jsiru fl-inqas zmien possibbli.
Huwa habbar ukoll li fil-gimghat li gejjin, wara hidma biex jinstabu r-rizorsi umani adekwati, is-swali ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ghadam ikunu jistghu jiffunzjonaw ghal aktar hin fil-gurnata.
Il-Ministru Farrugia tkellem ukoll dwar il-ftuh ta’ Unit gdid fl-iSptar San Luqa ghall-Kura Intensiva tal-Qalb (Coronary Intensive Care Unit - CICU) li ghandha titlesta aktar tard din is-sena. B’dan is-servizz gdid ghac-cittadini Maltin u Ghawdxin ikunu jistghu jsiru aktar operazzjonijiet tal-qalb.
Minhabba li dawn id-diversi operazzjonijiet li jsiru u li mistennija jizdiedu, kif ukoll minhabba kura ta’ certu mard, u incidenti ohra, huwa mistenni li tizdied id-domanda ghad-demm.
It-Tabib Michael Farrugia heggeg lil diversi dipartimenti, ghaqdiet u organizzazzjonijiet u industriji biex jippartecipaw aktar fl-oghti tad-demm.
....../......
L-ezercizzju tal-ghoti tad-demm fl-armata mistenni jdum tlett ijiem, u mistennija jipartecipaw aktar minn 100 suldat.
Il-Ministru Farrugia qal li mis-7 ta’ Dicembru 1997 sa l-ahhar ta’ Mejju 1998 kien hemm 3747 donatur tad-demm li ghamlu uzu mill-mobile unit. Matul l-istess perjodu, kemm mill-mobile unit kif ukoll mic-Centri tad-Demm f’Malta jirrizulta li kien hemm 11,143 donatur, zieda ta’ ftit inqas minn elfejn persuna tul l-istess perjodu s-sena li ghaddiet.
Il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-media ghas-sehem u l-ghajnuna li tinghata minnghandhom sabiex ic-cittadini jkunu infurmati u wkoll meta id-dipartiment ikollu bzonn ixandar ghal donaturi tad-demm.
Il-Ministru Farrugia rringrazzja wkoll lill-Kmandat tal-Armata, Rupert Montanaro, kif ukoll lit tabib ta’ l-Armata, Dr Robert Galea tal-inizjattiva taghhom u tal-koperazzjoni li d-Dipartiment tas-Sahha dejjem isib mill-Armata. Fost ghajnuna li d-Dipartiment tas-Sahha jsib mill-armata nsibu s-salvatagg, traggitti ta’ helicopter bejn l-isptarijiet ta’ Malta u Ghawdex, kif ukoll ghajnuna fuq diversi xoghlijiet ghall-progetti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922