Left arrow Mur Lura

BI SHUBIJA SHIHA FL-UNJONI EWROPEA L-INDUSTRIJA LOKALI TAL-FNIEK MA TIBQAX KOMPETITTIVA

PR1327
Date Icon 22/07/1998

Bi shubija shiha fl-Unjoni Ewropea l-prezz tal-gwiez ikollu joghla b’rizultat li l-prezz tal-produzzjoni tal-laham tal-fenek ikollu joghla sostanzjalment u ma jibqax aktar kompetittiv.  Dan sar maghruf dalghodu waqt zjara li l-Prim Ministru Alfred Sant u l-Ministru tal-Biedja Noel Farrugia ghamlu f’razzett gdid tal-fniek fil-limiti ta’ Birzebbugia.  Jekk Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea, Malta ma tibqax tibbenefika mill-Export Refunds fuq il-gwiez (bazikament il-maize u l-barley).


Prezentement is-Sur Alfred Schembri, is-sid ta’ dan ir-razzett, ghaddej f’diskussjonijiet ma’ zewg kumpanniji Taljani dwar esportazzjoni tal-laham tal-fenek lejn tliet pajjizi Gharab.


Jekk Malta ssir membru shih tal-Unjoni Ewropea ma jkun hemm l-ebda kontroll fuq l-importazzjoni ta’ laham tal-fenek mill-Ewropa u dan ikun ta’ detriment ghall-industrija lokali.  Jekk Malta jibqa’ jkollha relazzjonijiet specjali ma’ l-Unjoni Ewropea, ma jkunux japplikaw ir-regolamenti stretti tal-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta’ annimali abbazi tar-raba’ li jinhadem.  Peress li Malta hija gzira zghira hafna ikun hemm limitazzjonijiet kbar fuq it-tkabbir tal-bhejjem u l-industrija tal-fniek ma tkunx tista’ tespandi kif qieghed isir prezentement f’diversi inhawi ta’ Malta u Ghawdex.


Huwa stmat li f’Malta jinqatlu zewg miljun fenek fis-sena li jammontaw ghal 3,000 tunnellata laham tal-fenek.  F’Malta u f’Ghawdex jigu prodotti b’sitt miljun lira laham tal-fenek fis-sena li jirrapprezentaw 13% tal-konsum tal-laham f’pajjizna.


F’dan ir-razzett il-gdid sar investiment ta’ kwart ta’ miljun lira u sa tmiem din is-sena se jkunu gew investiti aktar minn nofs miljun lira.  Il-kapacita` tal-produzzjoni ta’ dan ir-razzett hija ta’ 800 fenek ghall-qatla fil-gimgha filwaqt li jigu mghammra b’sistema moderna ta’ inseminazzjoni artificjali minn stock ta’ 30 fenek u 600 fenka tar-razza.  Ir-razzett huwa wiehed gdid atrezzat kemm ghat-trobbija tal-fniek kif ukoll se jkun mghammar b’biccerija fejn il-qatla u l-ippakkjar tal-fniek tista’ ssir b’mod modern, efficjenti u igjeniku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow