BI SHUBIJA SHIHA FL-UNJONI EWROPEA L-INDUSTRIJA LOKALI TAL-FNIEK MA TIBQAX KOMPETITTIVA
Bi shubija shiha fl-Unjoni Ewropea l-prezz tal-gwiez ikollu joghla b’rizultat li l-prezz tal-produzzjoni tal-laham tal-fenek ikollu joghla sostanzjalment u ma jibqax aktar kompetittiv. Dan sar maghruf dalghodu waqt zjara li l-Prim Ministru Alfred Sant u l-Ministru tal-Biedja Noel Farrugia ghamlu f’razzett gdid tal-fniek fil-limiti ta’ Birzebbugia. Jekk Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea, Malta ma tibqax tibbenefika mill-Export Refunds fuq il-gwiez (bazikament il-maize u l-barley).
Prezentement is-Sur Alfred Schembri, is-sid ta’ dan ir-razzett, ghaddej f’diskussjonijiet ma’ zewg kumpanniji Taljani dwar esportazzjoni tal-laham tal-fenek lejn tliet pajjizi Gharab.
Jekk Malta ssir membru shih tal-Unjoni Ewropea ma jkun hemm l-ebda kontroll fuq l-importazzjoni ta’ laham tal-fenek mill-Ewropa u dan ikun ta’ detriment ghall-industrija lokali. Jekk Malta jibqa’ jkollha relazzjonijiet specjali ma’ l-Unjoni Ewropea, ma jkunux japplikaw ir-regolamenti stretti tal-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta’ annimali abbazi tar-raba’ li jinhadem. Peress li Malta hija gzira zghira hafna ikun hemm limitazzjonijiet kbar fuq it-tkabbir tal-bhejjem u l-industrija tal-fniek ma tkunx tista’ tespandi kif qieghed isir prezentement f’diversi inhawi ta’ Malta u Ghawdex.
Huwa stmat li f’Malta jinqatlu zewg miljun fenek fis-sena li jammontaw ghal 3,000 tunnellata laham tal-fenek. F’Malta u f’Ghawdex jigu prodotti b’sitt miljun lira laham tal-fenek fis-sena li jirrapprezentaw 13% tal-konsum tal-laham f’pajjizna.
F’dan ir-razzett il-gdid sar investiment ta’ kwart ta’ miljun lira u sa tmiem din is-sena se jkunu gew investiti aktar minn nofs miljun lira. Il-kapacita` tal-produzzjoni ta’ dan ir-razzett hija ta’ 800 fenek ghall-qatla fil-gimgha filwaqt li jigu mghammra b’sistema moderna ta’ inseminazzjoni artificjali minn stock ta’ 30 fenek u 600 fenka tar-razza. Ir-razzett huwa wiehed gdid atrezzat kemm ghat-trobbija tal-fniek kif ukoll se jkun mghammar b’biccerija fejn il-qatla u l-ippakkjar tal-fniek tista’ ssir b’mod modern, efficjenti u igjeniku.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922