STQARRIJA MILL-MINISTERU TAT-TURIZMU U SELF EMPLOYED
B’riferenza ghall-stqarrija ta’ l-Onor Michael Refalo wiehed jinnota li l-kritika ta’ l-Oppozizzjoni fit-turizmu hija kritika imqansha, antikwata u xejn professjonali.
Il-fatti tat-turizmu llum huma dawn:
Fl-ahhar sentejn ta’ Gvern Nazzjonalista n-numru ta’ turisti li gew Malta nizel b’10.5% filwaqt li sa llum that Gvern Laburista n-numru ta’ turisti li gew Malta telgha b’8%
Fl-ahhar sena ta’ Gvern Nazzjonalista n-numru ta’ cruise passengers li zaru Malta nizel b’10.3% filwaqt li s’issa n-numru ta’ cruise passengers li zaru Malta telgha b’136%
Fl-ahhar sentejn ta’ Gvern Nazzjonalista l-qligh mit-turizmu nizel b’5.2% filwaqt li minn kemm ilu li telgha Gvern Laburista l-qligh mit-turizmu telgha b’4.6%
Fl-ahhar erba’ snin ta’ Gvern Nazzjonalista n-nefqa ras ghal ras tat-turist nizlet minn Lm219.4 ghal Lm217.2 filwaqt li f’ghoxrin xahar ta’ Gvern Laburista in-nefqa ras ghal ras zdiedet ghal Lm242.1
Fl-ahhar sena ta’ Gvern Nazzjonalista l-impjieg dirett fit-turizmu nizel b’1.2% filwaqt li s’issa taht Gvern Laburista l-impjieg dirett fit-turizmu zdied b’5.9%
Fl-ahhar sena ta’ Gvern Nazzjonalista n-numru ta’ turisti li qaghdu go Five Star Hotels kien ta’ 51,000 filwaqt li sa l-ahhar ta’ din is-sena in-numru ta’ turisti fil-Five Star Hotels mistenni li jilhaq 113,000.
Mill-ahhar figuri u statistika li hargu ghall-ewwel xhur ta’ din is-sena jidher car illi l-qaghda fis-settur turistiku ghal din is-sena kompliet sejra iktar ’il quddiem.
.../...
Il-fatti u l-provi juru kemm kienet skaduta l-politika li kien miexi biha Gvern Nazzjonalista u kemm tat rizultati tajbin u fiducja l-politika moderna tal-Gvern Laburista.
Wiehed jiskanta kif l-Onor Michael Refalo ma jisthix jitkellem fuq l-Awtorità tat-Turizmu meta jaf li din m’ghaddietx mill-Parlament ghaliex hu stess, wara li kien qal kemm jaqbel maghha u wara li hu stess issekonda il-ligi, spicca biex ivvota kontra taghha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922