DISKUSSJONIJIET BEJN IL-MINISTERU TAT-TURIZMU U SELF EMPLOYED U L-VALTUR.
Il-Ministeru tat-Turizmu u Self Employed il-Perit Karmenu Vella kellu tahdidiet ma’ dirigenti tal-kumpanija ewlenija Taljana, Valtur immexxija minn Signora Patti propjetarja tal-kumpanija.
Valtur hija wahda mill-kumpaniji turistici ewlenin fl-Italja li jispecjalizzaw fil-villaggi turistici. Il-familja Patti ghandhom ukoll konnessjonijiet mill-qrib mal-FIAT peress li jfornu ‘soft furnishings’ ghall-karozzi kollha FIAT.
Bhalissa Valtur ghandhom 21 villagg turistiku li 11 minnhom huma mxerrdin ma l-Italja. Qed jithejjew il-pjanijiet biex fit-tliet snin li gejjin jinfethu madwar tletin villagg iehor.
Matul id-diskussjonijiet, Valtur urew interess kbir fil-qasam turistiku ta’ pajjizna. Waqt iz-zjara taghhom f’Malta zaru postijiet ta’ interess u lukandi kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex.
Il-vicinanza ta’ Malta lejn l-Italja u l-pozizzjoni taghna f’nofs il-Mediterran huma meqjusa bhala fatturi importanti f’dan ir-rigward.
Id-dirigenti ta’ Valtur esprimew is-sodisfazzjon taghhom ghad-diskussjonijiet li kellhom f’Malta u wrew entuzjazmu dwar il-potenzjal turistiku ta’ pajjizna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922