IL-PROGETT MALTA 2000
Fit-2 ta' Marzu 1998, il-Gvern habbar li kien qieghed iniedi bhala progett tal-Millenju ghal Malta, l-izvilupp mill-gdid tas-sit ta' dak li kien maghruf bhala t-Teatru Rjal, fid-dahla tal-Belt.
Il-progett thabbar wara konsultazzjoni estensiva mal-poplu dwar x'jista jkun l-ahjar progett biex jimmarka l-Millenju. Il-maggoranza ta' dawk li ressqu l-ideat taghhom, dehru li qed jaqblu li jridu li s-sit tat-Teatru Rjal ikun mibni mill-gdid wara t-tharbit li thalla fih minn zmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
L-ghazla tal-Gvern kienet li s-sit tat-Teatru Rjal jinbena mis-settur privat li jinghata b'kompetizzjoni bejn dawk li jaghmlu l-offerti taghhom, l-uzu ta' l-art fuq u taht is-sit tat-Teatru Rjal u taht il-Pjazza Helsien li tigi quddiemu. Dan ried jinbena b'mod li jkun estetikament koerenti mal-bini l-iehor tal-Belt madwaru, waqt li jipprovdi facilitajiet kummercjali u kulturali moderni.
Taht is-sit tat-Teatru Rjal kif ukoll taht il-Pjazza Helsien, setghu jinbnew il-parkeggi u facilitajiet kummercjali ghal hames livelli 'l isfel jew aktar. Waqt li l-uzu ta' l-art kollha kien se jithalla f'idejn is-sidien privati li jizviluppawha ghal 99 sena, 35 fil-mija ta' l-ispazju 'l fuq mill-art fis-sit tat-Teatru Rjal u livell ta' parkegg tahtu kellhom jithallew lill-Gvern. Il-35 fil-mija ta' l-ispazju mehud mill-Gvern kellu jkun fornut b'dak kollu li bih jista jitmexxa awditorju u sala ta' l-espozizzjoni.
Fil-gimghat ta' wara, saru laqghat ma' kull min hu interessat fil-progett biex il-Gvern ikun jaf l-opinjonijiet ta' kulhadd qabel ivara s-sejha ghall-offerti. Wara dawn il-konsultazzjonijet, is-sejha ghall-offerti nharget fil-21 ta' April 1998, bid-data ta' l-eghluq fl-20 ta' Mejju.
Sadattant, il-Gvern waqqaf zewg kumitati biex jikkunsidraw l-offerti li jsiru. Twaqqaf Panel Professjonali taht il-presidenza tas-Sur Vincent Cassar, li kellu jaghti l-fehma tieghu dwar liema offerti setghu jigu kunsidrati bhala accettabbli mil-lat tekniku u professjonali. Twaqqaf ukoll Adjudication Board, taht il-presidenza tas-Sur Louis Galea, li kellu jgharbel il-fatturi kollha rilevanti ghal decizjoni ahharija fost dawk l-applikanti li jkunu tqiesu bhala teknikament u professjonalment accettabbli mill-Panel Professjonali u jaghmel l-ghazla ahharija.
. . . / . .
Meta ghalqet is-sejha, kienu waslu zewg proposti, li minnhom wahda biss tqieset bhala konformi mal-kundizzjonijiet tas-sejha. Din tressqet taht in-nom de plume "Decorum Urbis". Il-pjanti ta' din il-proposta gew esposti ghall-pubbliku li kien mistieden jaghti l-fehmiet tieghu.
Meta gie ghad-decizjoni tieghu, il-Panel Professjonali qies li l-proposta ta' "Decorum Urbis" ma ssodisfatx il-htiega li l-bini l-gdid ikun konsonanti ma' l-arkitettura tal-Belt li ddawru. Min-naha tieghu, l-Adjudication Panel qies li ma kellux ghalfejn, fuq din il-bazi, jkompli biex jevalwa l-merti tal-proposta mressqa minn "Decorum Urbis".
IL-Gvern qieghed jippublika sunt tal-fehmiet espressi mill-pubbliku dwar il-proposta ta' "Decorum Urbis", ir-rapport tal-Panel Professjonali, kif ukoll dak ta' l-Adjudication Panel. Kopji ta’ dawn ir-rapporti jinkisbu mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.
Il-Gvern behsiebu jerga' johrog sejha gdida ghall-proposti ghat-twettiq tal-Progett Malta 2000.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922