PROGRAMM DWAR ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI GHAL KAPIJIET TA’ DIPARTIMENTI F’GHAWDEX
Kapijiet ta’ Dipartimenti u Sezzjonijiet f’Ghawdex ippartecipaw fi Programm dwar Organizazzjonijiet Internazzjonali organizzat mill-iStaff Development Organisation, bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment.ghall-Affarijiet Multilaterali tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent u tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
L-ghan ta’ dan il-programm huwa li johloq gharfien ma’ l-istess partecipanti, tal-obbligazzjonijiet u il-beneficci li ghandha Malta b’rizultat tar-relazzjonijiet ma’ dawn l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali, li taghhom Malta hija jew membru, jew tgawdi stat ta’ osservatur.
B’rizultat ta’ dan il-Programm, ser jinholoq contact point fis-Segretarjat Permanenti f’Ghawdex sabiex ikunu jistghu jigu studjati il-vantaggi u il-beneficcji, fejn Ghawdex jista’ jigwadanja minn dawn l-Organizzazzjonijiet.
Is-suggetti trattati kienu l-Kooperazzjoni Teknika, l-Ekonomija u l-Ambjent u d-Dizarmament, Sigurtà u Organizzazzjonijiet Regjonali, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni tas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, fost ohrajn.
L-Ambaxxatur Saviour F. Borg, li huwa id-Direttur ta’ l-Affarijiet Multilaterali fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent, kien fost id-diversi kelliema li indirizzaw lill-partecipanti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922