IL-KUNSILL LOKALI TAX-XAGHRA REBBIEH TAL-KOMPETIZZJONI “SEBBAH PAJJIZEK”
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, llum ippremja lill-Kunsill Lokali tax-Xaghra, Ghawdex bhala r-rebbieh tal-Kompetizzjoni Nazzjonali “Sebbah Pajjizek” ghas-sena 1997/1998. Il-Ministru pprezenta lis-Sindku tax-Xaghra s-somma ta’ Lm4,000 li huwa l-premju li jinghata lir-rebbieh ta’ din il-kompetizzjoni.
Il-premjazzjoni saret il-lejla fil-Lukanda Holiday Inn Crowne Plaza. Din kienet it-tieni edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni li nholqot bil-ghan li l-Kunsilli Lokali jimpenjaw ir-rizorsi kollha taghhom biex jaghtu dehra ahjar u isbah lill-lokalitajiet taghhom. Il-Ministru ppremja 11-il Kunsill iehor ghal ragunijiet ohra partikulari. L-ghazla tal-Kunsilli rebbieha saret minn gurija awtonoma ta’ sitt esperti. B’kollox tqassmu b’Lm9,500 fi premjijiet.
Il-Ministru Portelli f’diskors li ghamel qal li permezz ta’ din il-kompetizzjoni l-elementi kollha tal-komunita’ bhal skejjel, clubs, ghaqdiet u r-residenti jigu mistiedna biex jaghmlu sforzi kollettivi jew individwali biex jaghtu dehra ahjar lill-belt jew rahal taghhom.
Huwa kompla jghid li skond id-diversi rapporti li saru mill-membri tal-panel tal-gudikaturi jirrizulta li fil-kaz ta’ Ghawdex saru sforzi ikbar minn tas-sena ta’ qabel biex jinkisbu premjijiet f’din il-kompetizzjoni, li fuq bazi generali, il-Kunsilli hadmu bis-shih biex izommu l-indafa u jaghtu dehra ahjar tal-lokalita’, jedukaw lic-cittadini u joholqu pride civiku.
Il-Ministru heggeg lill-Kunsilli biex jaghmlu sforzi akbar biex isebbhu l-lokalita’ u jdahhlu skemi ta’ afforestazzjoni bil-ghajnuna ta’ entitajiet lokali, jiehdu hsieb il-widien u jaghmluhom attrazzjoni turistika u jhajru lic-cittadini u l-entitajiet biex isebbhu l-faccati.
../...
Is-Sur Portelli appella lill-entitajiet parastatali u privati biex joffru premjijiet ohra biex din il-kompetizzjoni tinfirex u tikber. Huwa qal li kien il-Mid Med Bank biss li offra sponsorship ta’ zewg premjijiet u qal li bhalissa ghaddejjin tahditiet ma’ l-AirMalta dwar premju iehor supplimentari.
Wara li temm id-diskors tieghu l-Ministru pprezenta l-premijiet. Il-Kunsilli l-ohra li gew ippremjati kienu dak tal-Imqabba u Hal-Ghaxaq ghat-tindif, tax-Xewkija ghal titjib fit-toroq, ta’ Ta’ Xbiex ghal tisbih ta’ gonna u spazji pubblici, tal-Gharghur ghas-sinjali tat-toroq, ta’ Hal-Lija ghal tisbih ta’ faccati, ta’ Tas-Sliema ghall-ahjar sforz minn sidien ta’ hwienet, tal-Fgura ghal titjib generali, ta’ Birzebbuga ghal tindif ta’ xtut u taz-Zebbug Ghawdex, ghal tisbih f’zoni mhux urbani.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922