Left arrow Mur Lura

SERVIZZ TA’ LIFE SAVING F’DIVERSI BAJJIET

PR1305
Date Icon 18/07/1998

Il-Ministru minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, l-Onor. Joe Mizzi, waqt li dalghodu kien qed jitkellem f’Birzebbuga, huwa qal li ghat-tieni darba ser jinghata servizz ta’ ‘Life Saving’ fil-Bajja tal-Ghadira, ta’ Ghajn Tuffieha u ta’ Birzebbuga kull tmiem il-gimgha, sponsorjat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, b’effett mill-Hadd, 19 ta’ Lulju. Dan is-servizz se jibqa’ jinghata sat-18 ta’ Settembru.


Din il-hidma se ssir bl-ghajnuna tas-Socjetà Maltija tas-Salib l-Ahmar, tas-St. John Ambulance Brigade u s-St. John Rescue Corps mghejjuna mill-Ispecial Assignment Group.


Il-Ministru Mizzi qal li dan is-servizz fil-bajjiet se jkun ta’ ghajnuna fil-pront f’kaz ta’ incidenti sakemm tasal l-ghajnuna medika mehtiega, u f’kazi ta’ incidenti fuq il-bahar. Fit-tliet bajjiet twaqqfu ‘Posti ta’ l-Ewwel Ghajnuna’.


Waqt li l-Ministru Mizzi qal li hu l-hsieb tal-Gvern li dan is-servizz jigi estiz aktar malli titwaqqaf il-Maritime Unit tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili hu qal ukoll li issa li l-ligi dwar il-Protezzjoni Civili ghaddiet mill-istadji kollha tal-Parlament, id-Dipartiment mistenni li jkabbar il-hidma tieghu u tkompli tintwera r-rieda tal-Gvern li jahdem flimkien mal-Volontarjat ghall-gid u l-protezzjoni tal-poplu.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow