Left arrow Go Back

PREPARAMENTI FINALI GHAL MALTA JAZZ FESTIVAL

PR1301
Date Icon 17/07/1998

Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor Dr Joe Cilia, dalghodu zar il-preparamenti f’Ta' Liesse, il-belt Valletta, fejn il-lejla jitla’ s-separju fuq it-tmien edizzjoni tal-Jazz Festival.


L-Onor Cilia accenna fuq il-kuncett li din is-sena l-organizzaturi tal-festival ghazlu li joffru spettakklu ta' stili differenti minn ghazla ta' partecipanti tradizzjonali, versatili u sperimentali.  Barra mill-artisti barranin se jiehdu sehem ghadd ta' esponenti lokali tal-muzika Jazz f'pajjizna.


Infatti ser jiehdu sehem tmien gruppi barranin li ser jitqassmu fuq it-tliet serati, bi grupp Malti f’kull serata.  Bhala team ta' kordinament ser ikun hemm ghaxar persuni kwalifikati f'dan il-qasam, flimkien ma’ l-impjegati tad-Dipartiment tal-Kultura.  Din hija turija ta' l-impenn li s-Segretarjat ghandu lejn dan il-Festival li, sena wara l-ohra, qed johloq aspettativa f'pajjizna.


In-Nutar Cilia spjega kif il-politika tal-Gvern qed tigi attwata anke f'dan il-festival fejn qed tinghata importanza shiha lit-talent Malti.  Huwa avza li dan il-festival ser jigi rrapurtat minn tlieta u ghoxrin gurnalist barrani: erbgha mill-Germanja, sitta mill-Ingilterra, erbgha mill-Italja, sebgha mill-Olanda u tnejn mill-Gappun. Din hi xhieda hajja ta' kemm dan il-festival qed ikompli joffri vetrina lil Malta f'pajjizi varji tad-dinja.  


L-Onor Cilia awgura lid-dillettanti tal-muzika Jazz kull divertiment waqt din it-tmiem il-gimgha ta' Xalata Jazz. Fl-istess hin huwa rringrazzja lill-isponsors kollha ghall-kontribuzzjoni li huma qed jaghtu lil dan il-festival turistiku u kulturali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow