Left arrow Mur Lura

PREZENTAZZJONI TA’ AIRCONDITIONING GHALL-KOMUNITA’ STA. MARIJA MILL-FORUM ZGHAZAGH LABURISTI

PR1286
Date Icon 15/07/1998

Kuntrarjament ghal dak li intqal minn certu gurnali, il-Gvern ma bidel l-ebda policy fejn jidhlu l-alkohol u droga.  Dan intqal mill-Ministru ghall-Harsien Socjali, l-Prof. Edwin Grech waqt prezentazzjoni ta’ sistema ta’ l-airconditioning mill-Forum Zghazagh Laburisti lill-Kommunita’ ta’ Santa Marija f’Hal Luqa.  Din il-prezentazzjoni saret lil Sina Bugeja, Kap Ezekuttiv ta’ l-Agenzija Sedqa fil-prezenza tas-Sur Jimmy Magro, Segretarju Generali tal-Partit Laburista. Il-flus ghal din is-sistema ta’ airconditioning huma parti minn dawk migbura waqt l-attivita’ Allezfest - festival kulturali u sportiv, li organizza il-Forum Zghazagh Laburisti.  Ghal din l-attivita attendew madwar hamsa u ghoxrin elf persuna.


Il-Ministru Grech irrefera ghall-laqgha li saret ma The Sense Group u qal li fiha sar skambju ta’ ideat bejn iz-zewg partijiet imma l-ebda commitment.  Huwa spjega kif wahda mill-proposti li saret minn The Sense Group kienet propju li l-eta’ ta’ min jista’ legalment jikkonsma l-alkohol titla’ minn sittax-il sena ghal tmintax-il sena.  Il-Ministru Edwin Grech qal li huwa jaqbel ma din il-proposta.  


Proposta ohra ta’ The Sense Group kienet li jekk wara li jaghmlu kampanja edukattiva dwar l-abbuz mill-alkohol, huma jsiru jafu li xi hwienet li huma qeghdin jissuplixxu bix-xorb alkoholiku, jbieghu dan ix-xorb lil zghazagh taht is-sittax-il sena, huma jieqfu jissuplixxu dan it-tip ta’ xorb lilhom.  


Il-Ministru Edwin Grech sahaq li l-Gvern se jibqa’ sod fil-pozizzjoni tieghu, anki skond gwidi tal-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Sahha.


Waqt din l-attivita’ tkellmet ukoll Sina Bugeja, Kap Ezekuttiv ta’ l-Agenzija Sedqa.  Is-Sinjura Bugeja filwaqt li rringrazzjat ghall-inizjattiva bhal din, qalet illi dan il-kuntatt li qed jistabilixxi l-Bord tal-Foundation for Social Welfare Services jidher li qed ihalli effett pozittiv fuq kull min hu koncernat.


Il-Ministru Edwin Grech ghalaq din l-attivita’ billi fahhar l-inizjattiva tal-Forum Zghazagh Laburisti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow