Left arrow Mur Lura

IL-PRODUZZJONI TAL-MAJJAL LOKALI U S-SWIEQ GHALL-ESPORTAZZJONI TAL-MAJJAL

PR1284
Date Icon 15/07/1998

Il-progress registrat fl-industrija lokali tal-majjal kompla jzomm stabbli matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena. B’hekk il-produzzjoni tal-laham tal-majjal qed tlahhaq mad-domanda lokali b’rizultat li flokqed jigi mpurtat majjal frisk issa jista’ jigi esportat.


Dan qalu llum il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia lill-esportaturi barranin interessati fix-xiri tal-laham tal-majjal ghall-esportazzjoni waqt laqgha li saret ma’ delegazzjoni tal-Koperattiva ta’ min Irabbi l-Majjal, il-KIM.


Matul il-laqgha, is-Sur Edwin Bartolo, President tal-KIM gie offrut prezz u ordni ghall-esportazzjoni ta’ kwantita’ sostanzjali ta’ laham tal-majjal ghas-suq Russu. Is-Sur Bartolo kompla jghid li jekk kemm-il darba il-kumpanija barranija ttejjeb il-prezz offrut, il-KIM tkun f’pozizzjoni li mhux biss tbiegh 6,000 karkassa tal-majjal din is-sena, izda tidhol ghall-kuntratt ta’ ordni regolari ta’ 1000 karkassa fix-xahar matul is-sena li gejja.


Il-Ministru Noel Farrugia qal illi l-majjal lokali huwa ta’ kwalita’ gholja.  Huwa rrefera ghall-esportazzjoni bi prova lejn l-Italja li kienet saret is-sena l-ohra, sabiex jigi stabbilit li l-kwalita’ tal-majjal lokali huwa ta’ livell accetabli ghas-swieq barranin.


Il-Ministru fakkar li peress illi d-domanda ghall-majjal fis-suq lokali zdiedet sostanzjalment f’din l-ahhar sena, ma kienx aktar prattiku li jkompli jigi esportat il-majjal lejn l-Italja.


Il-Ministru Noel Farrugia temm jghid illi l-Gvern baqa’ mpenjat sabiex jghin lill-Koperattiva issib swieq ghall-esportazzjoni tal-majjal.  


Huwa talab lill-Koperattiva sabiex issib mod kif tiffinalizza u twettaq dan il-ftehim ta’ esportazzjoni halli l-industrija lokali tkompli tikber sostanzjalment u b’hekk ikun possibli li rahhala godda jinghataw ic-cans ta’ kwota sabiex ikabbru l-majjal ghall-esportazzjoni.


Tabelli ta’ l-istatistika jsegwu.

.../...

STATISTIKA


Importazzjoni tal-Majjal


Sena

Piz (Kilos)

1995

1,088,000

1996

1,084,137

1997

77,952*

1998 (s’issa)

xejn


* Licenzji approvati qabel Ottubru 1996.



Qatla tal-Majjal


Sena

Piz (Kilos)

1995

1,088,000

1996

1,084,137

1997

77,952*

1998 (s’issa)

xejn


* Zieda ta’ 15.63 fil-mija fuq l-1996.



Qatla tal-Majjal fl-Ewwel 6 Xhur


Sena

Piz (Kilos)

1995

1,088,000

1996

1,084,137

1997

77,952*

1998 (s’issa)

xejn


* Zieda ta’ 18.34 fil-mija fuq l-istess perjodu ta’ l-1996.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow