Il-Ministru Alfred Portelli jattendi ghat-tlugh tal-poloz ta' appartamenti f'Bormla
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu attenda ghat-tlugh tal-poloz biex 17-il familja li jghixu f’bini qadim u sub-standard f’Bormla jinghataw wiehed mis-17-il appartament li l-Gvern prezenti bena ghalihom f’dawn l-ahhar xhur fuq Santa Liena, Bormla.
Il-bini li se jbattlu dawn il-familji jinsab fi Triq San Gwann, fejn mistenni jsir progett ta’ bini gdid wara li dan il-bini jitwaqqa’. Il-Ministeru ghad-Djar qieghed jiehu hsieb biex jigu ppreservati l-faccati ta’ dan il-bini mejqus bhala wirt storiku Malti. It-tlugh tal-poloz sar fil-bini tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, f’Misrah Santa Margerita fil-prezenza ta’ diversi membri tal-Kunsill, kif ukoll rapprezentanti ta’ ghaqdiet ohra Bormlizi.
F’diskors li ghamel il-Ministru Portelli qal li t-tlugh tal-poloz tal-lum huwa rizultat dirett tal-politika tal-Gvern li joffri lic-cittadini akkomodazzjoni xierqa. Huwa qal li fi Triq San Gwann, il-Ministeru ghandu ppjanat progett ta’ 69 post li se jiehdu post bini qadim u sub-standard. Ma’ dawn se jinbnew ukoll 45 garaxx.
Huwa qal li l-permessi mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar ghal dan il-progett kienu ntalbu f’Marzu tas-sena l-ohra u issa li dawn il-permessi waslu biex johorgu, qeghdin jithejjew l-offerti u x-xoghol mistenni jibda ma jdumx. Il-progett kollu ta’ Triq San Gwann mistenni jigi jqum mal-Lm1,500,00 u qieghed jigi meqjus bhala l-akbar progett ta’ twaqqiegh u zvilupp f’Bormla f’dawn l-ahhar 40 sena.
Is-Sur Portelli qal li meta kien qieghed jithejja dan il-progett, il-Ministeru haseb li jibni 17-il appartament fuq Santa Liena, Bormla, biex jilqghu fihom in-nies li se jitnehhew minn Triq San Gwann. Il-Ministru fisser li l-progett ta’ Triq San Gwann fih zewg fazijiet. Fl-ewwel fazi 25 familja se jinghataw akkomodazzjoni alternattiva, 17 minnhom fil-progett ta’ Santa Liena. It-tmien familji l-ohra se jinghataw akkomodazzjoni band’ohra skond il-htigijiet taghhom.
Huwa qal ukoll li f’Bormla se jinbdew progetti ohra ta’ twaqqiegh u bini gdid fi Triq San Frangisk, Sqaq Srejdek u wara l-Married Quarters ta’ San Nikola. B’kollox il-progetti kollha mahsuba ghal Bormla mistennija jipprovdu 120 post gdid.
Huwa qal li dan kollu huwa frott tal-hidma bla heda li twettqet f’dawn l-ahhar 20 xahar mill-Gvern favur il-poplu tal-Kottonera. Huwa fahhar u radd hajr lill-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera ghall-inizjattiva li ha biex ihajjar sidien privati jirregistraw il-proprjeta’ taghhom u ghall-appell li ghamlulhom biex din il-proprjeta’ johorguha fis-suq ghall-Maltin.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922