Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA JIPPREZENTA LEAFLETS TA’ INFORMAZZJONI DWAR DONAZZJONI TA’ ORGANI

PR1263
Date Icon 10/07/1998

Il-Ministru Michael Farrugia, Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja ipprezenta leaflets ta’ nformazzjoni dwar donazzjoni ta’ organi lis-Sur Victor J Rizzo, Direttur ghall-Kunsilli Lokali.


Dawn il-leaflets ser ikunu fl-ufficcini tal-Kunsilli Lokali sabiex ic-cittadini Maltin u Ghawdxin ikunu jistghu jinkitbu bhala donaturi tal-organi taghhom wara mewthom.


Waqt il-Fiera Internazzjonali ta’ Malta tas-sena l-ohra kienu ngabru 1499 registratur gdid izda din is-sena l-figura diga telghet ghall-1824 meta fadal 3 ijiem ohra sabiex tintemm il-fiera.


Il-Ministru Farrugia spjega fid-dettal kif jistghu jinghataw l-organi u qal ukoll li meta wiehed jaghti l-organi wara mewtu jkun qed jaghti hajja mill-gdid lil persuni ohrajn li jkunu qed jistennew bdil tal-organi ohra biex jghixu.  Huwa spjega li hemm protocol dettaljat sabiex persuna tigi dikjarata mejta u sostna l-fatt li l-organi la jinbieghu hawn Malta u lanqas barra minn Malta.  Kull donatur ma jaghmilx dan bi qliegh ta’ flus.  It-tim specjali li jaghmel l-operazzjonijiet tat-trapjanti huwa kollu Malti izda jsiru xi testijiet tad-demm ta’ kompatibilita’ gewwa l-Italja.  F’Malta bhalissa hawn kwazi 60 persuni jistennew donazzjoni ta’ kliewi.  Hawnhekk huwa semma li d-Dipartiment tas-Sahha qieghed fil-fazi ta’ tender sabiex jinxtraw 5 makni tal-kliewi (Kidney Dialysis Machines) sabiex jizdiedu n-numri ta’ makni ezistenti u ghalhekk inkunu f’pozizzjoni li l-pazjenti li jkollhom bzonn dan is-servizz ikun jista’ jahdem b’mod aktar efficjenti u l-pazjenti jkunu moqdijin ahjar, sakemm tinstabilhom kilwa.


Il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-Lions Club Sliema tal-koperazzjoni taghhom u ghas-sehem taghhom sabiex jingabru l-firem waqt il-fiera, kif ukoll lill-Media Centre, u l-Intensive Therapy Unit (ITU) tal-iSptar San Luqa.


.../...

Il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja wkoll lid-direttur ghall-Kunsilli Lokali f’isem id-Dipartiment tas-Sahha talli ghoghbu f’isem il-Kunsilli Lokali jaccetta li fl-ufficcini taghhom ikun hemm dawn il-formoli halli c-cittadini ser isibuha aktar facli li jkollhom access ghal dawn il-formoli.


Is-Sur Victor Rizzo rringrazzja lill-Ministru Michael Farrugia ghall-fiducja li wera fil-Kunsilli Lokali u wieghed il-koperazzjoni tal-kunsilli kull fejn ikun hemm bzonn sabiex ic-cittadin ikun moqdi ahjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow