XOGHOL TA’ TISWIJIET FUQ DJAR TAL-GVERN
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zar il-Kumpless ta’ Djar tal-Gvern f’tal-Bujar, Wied-il-Ghajn, fejn bhalissa qieghed isir xoghol ta’ tiswijiet fuq djar tal-Gvern. Minn dawn it-tiswijiet mistennija jgawdu mat-18-il familja. Dawn ix-xoghlijiet jaghmlu parti minn kampanja intensiva ta’ tiswijiet f’postijiet tal-Gvern li qeghda ssir fuq inizjattiva tal-Ministru Portelli nnifsu.
F’din iz-zjara, il-Ministru assista ghax-xoghol li qieghed isir minn haddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi hdan il-Ministeru tad-Djar. Huwa ltaqa’ mar-residenti ta’ dan il-kumpless li zzuh hajr ghal dan ix-xoghol li kien tant mehtieg.
F’dawn l-ahhar gimghat il-Ministru Portelli ghamel diversi zjajjar f’ghadd ta’ oqsma ta’ djar tal-Gvern fejn ra xoghol ta’ tiswija fuq blokki ta’ appartamenti, kemm fuq il-faccati u anke fil-partijiet komuni. F’dawn l-ahhar ftit xhur sar xoghol bhal dan fi 30 blokk fil-Marsa, f’ohrajn f’Bormla, Birzebbuga, il-Belt Valletta, San Gwann u postijiet ohra. Xoghol iehor ta’ tiswijiet mistenni jibda dalwaqt fil-qasam tad-djar fuq Verdala, Bormla. B’rizultat ta’ din il-kampanja f’dawn l-ahhar disa’ xhur saru diga’ 1,324 bicca xoghol madwar Malta.
F’Wied-il-Ghajn ukoll il-Ministeru ghad-Djar mistenni jwettaq xoghol ta’ landscaping fil-Qasam tad-Djar ta’ Zonqor, li se jkun jinkludi fih ukoll gnien. Fil-gimghat li gejjin id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar mistenni johrog l-offerti ghal dan ix-xoghol li huwa stmat li se jigi jqum mas-Lm86,000. Ix-xoghol ta’ landscaping mistenni jkopri area ta’ madwar 4,300 metru kwadru u fiha se jithawlu sigar, se jitqieghed pavimentar u anke bankijiet fejn ir-residenti jkollhom fejn jiehdu r-rikreazzjoni taghhom.
Sadanittant diga’ beda x-xoghol fuq disa’ gonna f’ghadd ta’ bliet u rhula f’Malta, filwaqt li hargu l-permessi fuq disa’ gonna ohra f’hafna inhawi f’Malta. Il-Ministeru bhalissa qieghed jistenna l-hrug tal-permessi biex isiru disa’ gonna ohra. L-ispiza totali fuq il-gonna li bdew u l-ohrajn kollha li ghad iridu jsiru mistennija tlahhaq mal-Lm1,135,000. L-Onor. Portelli rega’ zar ix-xoghol ta’ tisbih li qieghed isir fil-bajja u f’toroq f’ Wied-il-Ghajn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922