IL-PRIM MINISTRU JAGHMEL ACCENN GHAL ZIEDA TA’ ASSI FINANZJARJI BARRANIN
Bejn Mejju tas-sena li ghaddiet u Mejju ta’ din is-sena, l-assi finanzjarji barranin f’pajjizna zdiedu b’disgha fil-mija. Dan huwa l-kontra ta’ dak li kien jigri qabel fejn kienu qed jonqsu b’sebgha fil-mija.
Dan qalu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant meta dalghodu ghamel zjara ta’ kortezija lill-Bord tad-Diretturi ta’ l-APS Bank fil-Floriana.
Dr. Sant fahhar l-istrategija ta’ marketing li uza l-Bank u qal li ghalkemm il-bank huwa relattivament zghir, qed jaghti ezempju ta’ dinamizmu fil-mod kif qed jahdem minhabba li huwa innovattiv fl-istrategija ta’ marketing tieghu.
Il-Prim Ministru semma’ li l-Gvern jappoggja kull sforz li l-Bank jaghmel biex iwessa’ l-capital base tieghu, kif ukoll biex din l-istrategija timxi ’il quddiem.
Il-Gvern jemmen li m’ghandux ikun hemm sistema finanzjarja, industrijali jew kummercjali ddominata mill-ftit kbar.
Il-Prim Ministru semma’ ukoll il-process ta’ ristrutturazzjoni u qal li mhux bilfors dan ikun ifisser ‘mergers’. Hemm post biex kumpanniji relattivament zghar jizviluppaw, jikbru u anki jwessghu l-opportunitajiet taghhom. Dan japplika wkoll ghas-settur finanzjarju.
Dr. Sant qal li l-APS Bank ta servizz tajjeb u kompettiv, waqt li bena relazzjoni diretta mal-klijent. Ghaz-zmien li gej il-Bank jista’ jhares ’il quddiem ghal aktar espanzjoni ghax, fis-sistema finanzjarja, f’dawn l-ahhar sentejn tlieta kien hemm zviluppi pozittivi.
Il-Prim Ministru qal li pajjizna llum lahaq is-solvency ratio ta’ 13 fil-mija li, skond il-Bank Centrali, hija tajba hafna. Irrefera ukoll ghar-rata tas-self u qal li din qed issir aktar ragjonevoli. Semma’ kif l-izviluppi ta’ dan l-ahhar urew li s-self mhux qed isir tant ghad-domestic credit daqskemm ghall-espansjoni produttiva. Ir-rata ta’ self li sas-sena li ghaddiet kienet qed tizdied b’20 % issa riesqa lejn il-15 fil-mija. Dan il-pass qed jitqies bhala importanti hafna.
Min-naha tieghu, ic-Chairman ta’ l-APS Bank, Chev.Alfred Paul Farrugia, semma’ r-rizultati sodisfacenti li l-Bank kiseb tul l-ahhar snin li ilu mwaqqaf. Huwa habbar li l-Bank qed jimmira li jnaqqas ix-shareholding min-naha tal-Knisja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922