Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JAGHMEL ACCENN GHAL ZIEDA TA’ ASSI FINANZJARJI BARRANIN

PR1250
Date Icon 09/07/1998

Bejn Mejju tas-sena li ghaddiet u Mejju ta’ din is-sena, l-assi finanzjarji barranin f’pajjizna zdiedu b’disgha fil-mija. Dan huwa l-kontra ta’ dak li kien jigri qabel fejn kienu qed jonqsu b’sebgha fil-mija.


Dan qalu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant meta dalghodu ghamel zjara ta’ kortezija lill-Bord tad-Diretturi ta’ l-APS Bank fil-Floriana.


Dr. Sant  fahhar l-istrategija ta’ marketing li uza l-Bank u qal li ghalkemm il-bank huwa relattivament zghir, qed jaghti ezempju ta’ dinamizmu fil-mod kif qed jahdem minhabba li huwa innovattiv fl-istrategija ta’ marketing tieghu.


Il-Prim Ministru semma’ li l-Gvern jappoggja kull sforz li l-Bank jaghmel  biex iwessa’ l-capital base tieghu, kif ukoll biex din l-istrategija timxi ’il quddiem.

Il-Gvern jemmen li m’ghandux ikun hemm sistema finanzjarja, industrijali  jew  kummercjali ddominata mill-ftit kbar.


Il-Prim Ministru semma’ ukoll il-process ta’ ristrutturazzjoni u qal li mhux bilfors dan ikun ifisser ‘mergers’. Hemm post biex kumpanniji relattivament zghar jizviluppaw, jikbru  u anki jwessghu l-opportunitajiet taghhom.  Dan japplika wkoll ghas-settur finanzjarju.


Dr. Sant qal li  l-APS Bank ta servizz tajjeb u kompettiv, waqt li  bena relazzjoni diretta mal-klijent. Ghaz-zmien li gej il-Bank jista’ jhares ’il quddiem ghal aktar espanzjoni ghax, fis-sistema finanzjarja, f’dawn l-ahhar sentejn tlieta kien hemm zviluppi pozittivi.


Il-Prim Ministru qal li pajjizna llum lahaq is-solvency ratio ta’ 13 fil-mija li,  skond il-Bank Centrali, hija tajba hafna. Irrefera ukoll ghar-rata tas-self u qal li din  qed issir aktar ragjonevoli. Semma’ kif l-izviluppi ta’ dan l-ahhar urew  li s-self mhux qed isir tant ghad-domestic credit  daqskemm ghall-espansjoni produttiva. Ir-rata  ta’ self  li sas-sena li ghaddiet kienet qed tizdied b’20 %  issa riesqa lejn il-15 fil-mija. Dan il-pass qed jitqies bhala importanti hafna.


Min-naha tieghu, ic-Chairman ta’ l-APS Bank, Chev.Alfred Paul Farrugia, semma’ r-rizultati sodisfacenti li l-Bank kiseb tul l-ahhar snin li ilu mwaqqaf. Huwa habbar li l-Bank qed jimmira li jnaqqas ix-shareholding min-naha tal-Knisja.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow