IMQASSMA 12-IL LETTER OF INTENT GHALL-PLOTS FIL-VILLAGG TA’ DBIEGI
Progetti li gew varati llum fil-gzira Ghawdxija, se joholqu madwar 40 post tax-xoghol gdid f’oqsma differenti, li jvarjaw minn xoghol ta’ injam ghal hadid u minn fuhhar ghal bizzilla.
Il-Korporazzjoni Maltija ghal Zvilupp ( MDC ) dalghodu qassmet 12-il Letter of Intent ghal daqstant plots fil-Villagg Artigjanali Ta’ Dbiegi. Ghaxra minn dawn il-plots huma kompletament godda, filwaqt li zewg plots ohra jinvolvu upgrading ta’ progetti ezistenti. L-inkwilini li diga’ hemm fil-villagg, ser jigu offruti l-possibilita li jikkonvertu l-kirja taghhom f’cens temporanju wkoll. Sew l-inkwilini l-godda, kif ukoll dawk ezistenti, ser ikunu jistghu juzaw il-plots bhala garanzija ghal self mill-banek sabiex jibnu u jtejbu l-istabbilimenti taghhom.
Ta’ Dbiegi se jigi trasformat f’Villagg Artigjanali, li filwaqt li jkattar snajja’ tradizzjonali, ikun attrezzat b’mod modern fejn l-artigjani kollha se jkollhom cens ta’65 sena fuq il-post taghhom.
B’kollox Ta’ Dbiegi issa se jkun hemm madwar 25 stabbiliment ta’ snajja tradizzjonali, f’ambjent modern u efficjenti. Kif fisser il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, il-progett tal-villagg artigjanali jinkwadra ruhu fil-programm tal-Gvern, li jaghti nifs gdid lil l-intrapriza z-zghira f’Malta u Ghawdex. Zied jghid ukoll li dan kollu qed isir fid-dawl ta’ l-istrutturazzjoni li l-industrija lokali tehtieg biex taffaccja l-opportunitajiet u l-isfidi taz-Zona ta’ Kummerc Hieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, liema zona mistennija titwettaq fi zmien ta’ bejn hamsa u seba’ snin.
Huwa semma’ li wasal iz-zmien li nibdew nippjanaw bis-serjetà biex naghmlu mill-Villagg Artigjanali Ta’ Dbiegi punt fokali ghat-turizmu f’Ghawdex, fejn, jekk hu possibbli, kull turist li jigi Ghawdex irid izur dan il-Villagg. B’hekk tkun qed tkompli titwettaq il-weghda taghna li naghtu nifs gdid lis-self employed iz-zghar.
Qal li l-Gvern ghandu pjan akbar immirat biex ikompli jaghti nifs gdid lis-self employed f’Ghawdex. Irrefera ghall-problema akuta ta’spazju fuq il-gzira Ghawdxija, fejn hafna self employed zghar isibu diffikultà kbira biex isibu postijiet fejn jistghu jahdmu minghajr ma jkunu ta’ inkonvenjent ghar-residenti. Il-Ministru habbar li digà giet identifikata medda ta’ art li tkun tista’ tigi zviluppata f’zona industrijali ghall-intraprizi zghar Ghawdxin.
... / ...
Dr. John Attard Montalto qal li jekk il-pjan tal-Gvern ikun approvat mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, wiehed jista’ jghid li tissolva ghal kollox din il-problema f’Ghawdex, Qal li l-proposta tal-Gvern permezz tal-Korporazzjoni Maltija ta’ l-iZvilupp ilha quddiem l-Awtorità u issa wiehed kien jittama li l-proposta tigi approvata minghajr aktar dewmien.
F’intervent li ghamel is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Avukat Anton Refalo, rrefera wkoll ghal problema ta’ spazju ghal l-intraprizi z-zghar li hemm f’Ghawdex. Qal li kien jittama li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u l-MDC jikkoperaw bis-shih, biex isolvu l-htiega urgenti ta’ spazju ghal l-intraprizi z-zghar f’Ghawdex.
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li wara xhur shah ta’ konsultazzjonijiet bejn il-Gvern u l-Korpi Kostitwiti fi hdan Bord Konsultattiv imwaqqaf apposta, fl-ahhar se tigi ffurmata l-IPSE Ltd. Permezz ta’ l-IPSE Ltd., ftit tax-xhur ohra se jkunu jistghu jibdew jigu offruti, incentivi godda ghar-ristrutturar ta’ l-industrija.
Dawn l-incentivi ghandhom jigu ffinanzjati minn fondi gejjin mill-Unjoni Ewropea u ohrajn gejjin mid-dhul tal-privatizzazzjoni parzjali tal-Maltacom u l-Malta International Airport.
Dr. Anton Refalo sostna li dawn huma provi ta’ kemm il-Gvern qed iwettaq il-weghda tieghu li jaghti nifs gdid lis-settur ta’ l-intraprizi z-zghar.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922