Left arrow Mur Lura

MIZURI GODDA FL-INTERESS TAS-SAJJIEDA MALTIN U L-HAJJA F’QIEGH IL-BAHAR

PR1236
Date Icon 07/07/1998

Il-kontroll ta’ l-uzu tal-parit fix-xtut u portijiet f’distanza ta’ 200 metru madwar il-kosta u it-tkarkir bil-bastimenti tas-sajd f’distanza ta’ 3 mili madwar il-kosta lokali bdew jigu diskussi mill-Bord Nazzjonali tas-Sajd.


Dan fid-dawl li jittiehdu decizjonijiet sabiex fil-gejjieni qarib pajjizna jkollu  regolamentazzjoni gdida u gusta. B’hekk ghall-futur ikun evitat dannu, kemm ghas-sajjied, kif ukoll ghall-hazna  tar-rizorsi tal-hut.


Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia,  qal li sitwazzjoni ohra li se tigi diskussa mal-Koperattivi tas-Sajjieda  hija dik  ta’ l-attività  tat-trawlers.  Dan bil-ghan li jigi stabbilit jekk huwiex prattikament vijabbli li tizdied il-flotta ta’ dawn il-bastimenti fl-industrija tas-sajd lokali.


Regolamenti ohra ta’ kontroll tas-sajd li jsir mal-kosta Maltija u li qed jigu diskussi fil-Bord Nazzjonali tas-Sajd fil-mument, huma dawk li jirrigwardaw zoni selettivi, id-daqs tal-malji tax-xbieki tas-sajd u sajd ikkontrollat fi zmien partikolari ta’ l-istagun.


Il-Ministru temm jghid li matul din il-gimgha, il-Gvern se jissokta bil-hidma tieghu fil-General Fisheries Council ghall-Mediterran, li qed jiltaqa’ f’Ruma, sabiex flimkien mal-pajjizi msiehba, jiddiskutu  l-projbizzjoni  ta’ l-uzu tax-xbieki maghrufa bhala  purse seiners u l-uzu ta’ ajruplani ghas-sajd tat-tonn bejn ix-xhur ta’ Gunju u Awissu.  Dan sabiex ikun hemm konservazzjoni ahjar tat-tonn ghall-futur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow