MIZURI GODDA FL-INTERESS TAS-SAJJIEDA MALTIN U L-HAJJA F’QIEGH IL-BAHAR
Il-kontroll ta’ l-uzu tal-parit fix-xtut u portijiet f’distanza ta’ 200 metru madwar il-kosta u it-tkarkir bil-bastimenti tas-sajd f’distanza ta’ 3 mili madwar il-kosta lokali bdew jigu diskussi mill-Bord Nazzjonali tas-Sajd.
Dan fid-dawl li jittiehdu decizjonijiet sabiex fil-gejjieni qarib pajjizna jkollu regolamentazzjoni gdida u gusta. B’hekk ghall-futur ikun evitat dannu, kemm ghas-sajjied, kif ukoll ghall-hazna tar-rizorsi tal-hut.
Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, qal li sitwazzjoni ohra li se tigi diskussa mal-Koperattivi tas-Sajjieda hija dik ta’ l-attività tat-trawlers. Dan bil-ghan li jigi stabbilit jekk huwiex prattikament vijabbli li tizdied il-flotta ta’ dawn il-bastimenti fl-industrija tas-sajd lokali.
Regolamenti ohra ta’ kontroll tas-sajd li jsir mal-kosta Maltija u li qed jigu diskussi fil-Bord Nazzjonali tas-Sajd fil-mument, huma dawk li jirrigwardaw zoni selettivi, id-daqs tal-malji tax-xbieki tas-sajd u sajd ikkontrollat fi zmien partikolari ta’ l-istagun.
Il-Ministru temm jghid li matul din il-gimgha, il-Gvern se jissokta bil-hidma tieghu fil-General Fisheries Council ghall-Mediterran, li qed jiltaqa’ f’Ruma, sabiex flimkien mal-pajjizi msiehba, jiddiskutu l-projbizzjoni ta’ l-uzu tax-xbieki maghrufa bhala purse seiners u l-uzu ta’ ajruplani ghas-sajd tat-tonn bejn ix-xhur ta’ Gunju u Awissu. Dan sabiex ikun hemm konservazzjoni ahjar tat-tonn ghall-futur.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922