Il-Prim Ministru jindirizza t-tieni Konferenza dwar in-nofsinhar ta' Malta
Ma rridux inharsu lejn il-Pjan ta' Zvilupp Socjo-Ekonomiku ghan-Nofsinhar ta' Malta bhala Pjan infra-strutturali. Izda hemm bzonn li kulhadd jifhem li trid issir enfasi ukoll fuq l-aspett socjali."
Dan sostnieh il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant fi tmiem it-tieni konferenza bit-tema Lejn it-Twettieq tal-Pjan ta' Zvilupp Socjali u Ekonomiku ghan-Nofsinhar ta' Malta, li saret fil-Kullegg De La Salle, fil-Kottonera.
Il-Prim Ministru semma kif fit-tliet xhur li gejjin, fil-waqt li jkunu qed jigu stabbiliti l-prijorijtajiet tal-Pjan, ikun hemm konsultazzjoni ghaddejja fuq livell lokali, fuq livell centrali kif ukoll fuq livell dipartimentali. Hawnhekk il-Prim Ministru fahhar ix-xoghol tajjeb li sar fit-thejjija ta' dan il-pjan, waqt li rringrazzja lil dawk li hadmu fuqu u tal-konsultazzjonijiet li ghamlu.
Dr. Sant semma kif il-Gvern qed ihares lejn dan il-process ukoll bhala progett pilota. Qal li fil-waqt li dan il-Pjan kien iffukat fuq in-Nofs Inhar ta' Malta, issa l-Gvern irid jibda jahseb ghall-process simili ghal zoni ohra, fosthom dik tax-Xlokk ta' Malta. Zied jghid li dan hu mudell wiehed ta' kif issir il-hidma fuq bazi regjonali.
Sostna li dan huwa differenti mill-mudell li l-Gvern qed jipprezenta ghal Ghawdex, fejn il-hsieb hemmhekk hu li jkun hemm Kunsill Regjonali li jigi stabbilit b'ligi, waqt li fil-kaz ta' dan il-Pjan Socjo-Ekonomiku, iridu jinholqu strutturi regjonali b'mod organiku permezz ta' laqghat, kuntatti u ko-ordinamenti.
Il-Prim Ministru issugerixxa li l-konferenza ghandha tibda titlaqqa darba kull sena biex tirrevedi l-progress li jkun qed isir. Qal li jifhem li hafna drabi, dak li jkun jinteressah biss minn dak li jkun ghaddej fil-lokal rispettiv tieghu. Madankollu enfasizza li 'lkoll ghandna inharsu lejn l-affarijiet b'mod strategiku, li jorbot dak li jkun qed isir fi pjan li jkun mahdum fuq implimentar ko-ordinat.
Hawnhekk il-Prim Ministru irrefera ghal problema ta' l-implimentazzjoni f'pajjizna u semma, kif l-Gvern u l-Awtoritajiet, hafna drabi jkunu fasslu u imbaghad, meta jigu biex jimplimentaw, l-affarijiet idumu biex isiru. Temm jghid li fuq in-naha l-ohra, certu proceduri tal-Gvern ma jistghux jitwarrbu ghaliex huma mehtiega li jassiguraw kemm jista' jkun li d-decizjonijet ikunu qed jittiehdu b'mod trasparenti u korrett.
Matul il-Konferenza ta' dal-ghodu, kien approvat b'mod unanimu il-Pjan pubblikat. Sar qbil ukoll li konferenza ohra simili ghandha titlaqqa f'Settembru li gej biex ikollha quddiemha l-istruttura ta' l-implimentazzjoni kif ukoll il-prijoritajiet fuq xiex ser timxi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922