Uniformijiet godda ghall-infermiera
Illum qed jigu mnedija l-uniformijiet il-godda ghall-infermiera.
Xi snin ilu, rapprezentanti ta' l-infermiera u qwiebel kienu qablu dwar uniformijiet godda li wara rrizulta meta bdew jintuzaw li mhumiex tajbin ghall-klima ta' Malta. Dak iz-zmien id-Dipartiment tas-Sahha kien konxju ta' din il-problema. Wara l-bidla fil-Gvern, inhass li dan l-inkonvinjent ghall-infermiera u qwiebel kellu jispicca.
Id-diskussjonijiet mal-MUMN dwar l-uniformijijiet il-godda ta' infermiera saru matul is-sajf ta' l-1997. Wahda mill-akbar diffikultajjiet kienet, li jinstab il-materjal adattat. Il-Union kienet insistiet li l-materjal abjad ta' l-uniformi kellu jkun hafif; fl-istess hin mhux trasparenti. Kull infermier kellu jinghata bluza u qalziet.
Diversi kwalitajjiet ta' drapp gew analizzati sakemm finalment kien hemm qbil fuq drapp li kien jizen 185 gramma ghal kull metru kwadra. Dan id-drapp hu maghmul minn tahlita ta' qoton (cotton) u materjal sintetiku (polyester) adattat ghal Malta. Il-materjal maghzul ghandu jkun li jzomm l-uniformi pulita u ma jitkemmix ghal kull haga ta xejn. Il-Union giet mgharrfa li jekk jinhargu dawn l-ispecifikazzjonijiet rigidi fuq id-drapp, jista' jkun hemm diffikultajjiet fuq l-offerti li jsiru. Il-Union baqghet tinsisti li l-ispecifikazzjonijiet kellhom jkunu skond ir-rizultati mahruga mil-laboratorju fuq il-materjal li kien maghzul.
F'Dicembru, 1997, id-Dipartiment ircieva l-proposti finali minghand l-MUMN.
It-tfassil ta' l-ispecifikazzjonijiet tat-tender ma hadux zmien aktar milli kien mistenni. Sussegwentament, id-Dipartiment tas-Sahha ghamel kuntatt ma diversi kuntratturi. Dawn qablu li kien kwazi mpossibbli li ssib drapp skond dawn l-ispecifiazzjonijiet minhabba l-possibilita li meta d-drapp jigi ttestjat fil-pajjiz originali jista' jkun skond dawn l-ispecifikazzjonijiet, imma meta jigi ttestjat hawn Malta, dawn jistghu jinbidlu b'rizultat ta' tibdil ambjentali, fosthom l-umdita.
B'rizultat t'hekk, id-Dipartiment tas-Sahha, ghamel kuntatt mas-Segretarju Generali tal-MUMN. Is-Segretarju Generali tal-MUMN accetta li jkun hemm varjazzjoni ta' + jew - 2% fuq il-piz ta' 185 gramma kull metru kwadru. Id-dipartiment tas-Sahha kien talab ghal varjazzjoni ta' + jew - 5%.
Problema ohra kienet tirrigwardja s-sizes. Qabel, lill-infermiera feminili kienu jinghataw overalls. Is-sizes ta' l-overalls mhux necessarjament jaqblu mas-sizes tal-bluzi u l-qliezet l-godda. Ghalhekk kellu jsir ezercizzju mill-gdid halli jinstabu s-sizes mehtiega biex issir ordni li tilqa' l-htigijiet reali ta' l-infermiera fis-servizz tad-Dipartiment tas-Sahha.
It-tenders inhargu fi Frar u l-offerti ghalqu fil-11 ta' Marzu, 1998. Fit-13 ta' Marzu, 1998, is-sbatax il-sample li gew ipprezentati, intbaghtu fl-iStandards Labortaory tad-Dipartiment ta' l-Industrija biex isirulhom it-testijiet tas-soltu. Taht cirksutanzi normali, dawn it-testijiet kellhom idumu ftit jiem. Madankollu, dawn it-testijiet kienu lesti fit-2 ta' April, 1998. Ir-raguni ghal dan id-dewmien kien minhabba li l-iStandards Laboratory kienu qed igorru ghal sit gdid.
Kif kien anticipat, il-maggoranza tat-tenderers ma lahqux l-ispecifikazzjonijiet. Tenderer wiehed biss kien konfermi ma' l-ispecifikazzjoni ta' toqol ta' drapp ta' 185 gramma kull metru kwadru. L-offerta kienet l-ghola wahda. Din l-offerta ma setghetx tigi accettata ghar-raguni li t-tenderer ma kkwotax ghall-materjal addizzjonali kif rikjest fit-tender. Il-materjal addizzjonali kien mehtieg sabiex jigu mehjuta dawk l-uniformijiet ghall-infermiera li jilbsu sizes 'l barra minn dawk normali.
Li kieku d-Dipartiment tas-Sahha ghalaq ghajnejh ghal dak li l-MUMN insistiet fuqu, wisq probabbli ghadna fil-faza inizjali ghaliex ebda offerta ma kienet tkun accettabbli.
Madankollu, l-offerta ta' kumpanija lokali, li offra drapp li ghandu toqol ta' 187 gramma kull metru kwadru, setghet tigi accettata, ghalkemm il-perjodu ta' konsinja ta' bejn 4 u 6 xhur ma kienx accettabbli.
Ghalhekk, id-Dipartiment tas-Sahha ghamel kuntatt ma' din il-kumpanija lokali. Il-kumpanija accettat, wara bdil ta' numru ta' faxes, li tintrabat li taghmel l-ewwel konsenja ta' uniformijiet u materjal addizzjonali fi zmien tmienja jew disa' gimghat mid-data tal-Letters of Acceptance. Fit-30 ta' April, 1998, id-Dipartiment tas-Sahha bghat fax lil din il-kumpanija fejn gew infurmati li l-offerta taghhom ghall-manifattura ta' l-uniformijiet giet accettata. Il-Letters of Acceptance ufficcjali inhargu fis-7 ta' Mejju, 1998.
Din il-kumpanija issa nfurmat lid-Dipartiment tas-Sahha li ma kienx possibbli ghalihom li jzommu mat-termini tal-Letters of Acceptance. Il-kumpanija talbet estensjoni ta' sitt gimghat. Il-kumpanija esprimiet li l-kumpanija barranija li qeghda tissupplixxiha bil-materjal, mhux qeghda tibghat kampjuni ta' drapp li josservaw rigorozament l-ispecifikazzjonijiet kif rikjesti mid-Dipartiment.
Fil-fatt, il-kumpanija lokali qeghda tipprotesta li l-varjazzjoni ta' + jew - 2% hi wisq baxxa min-normal. Il-kumpanija lokali qeghda ssostni li intilef wisq hin prezjuz (madwar 6 gimghat), biex setghu jinstabu kampjuni li josservaw l-ispecifikazzjonijiet rigidi imposti fuqhom.
Id-Dipartiment tas-Sahha informa lill-kumpanija li d-ditta lokali kienet konxja mill-kundizzjonijiet imposti fit-tender u li d-Dipartiment ta l-kuntratt fuq l-assunzjoni li d-data ta' meta l-uniformijiet ghandhom ikunu lesti, kienet ser tigi onorata skrupluzament. Id-Dipartiment tas-Sahha insista li jekk l-uniformijiet ma kienux ser ikunu lesti fid-data stipulata, d-Dipartiment ikun kostrett li jitlob ghal danni.
Filwaqt li tajjeb li nkunu konxji li d-Dipartiment tas-Sahha bl-ebda mod m'ghandu htija ta' dewmien biex jaslu l-uniformijiet il-godda fil-hin, nigbdu l-attenzjoni li kien hemm fatturi esterni ghad-Dipartiment bhal mhi rigidita esagerata fil-piz, li holoq diversi problemi. Nawguraw li l-uniformijiet il-godda fil-gimghat li gejjin ikunu ghall-qalb il-haddiema.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922