Il-Ministru Michael Farrugia jaghlaq Seminar ghall-Ispetturi Sanitarji
Ghall-ewwel darba, f'Malta sejjer jinfetah sub regional centre tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO)." Dan habbru l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia f'gheluq ta' Seminar ta' tahrig ghall-ispetturi tas-sahha mpjegati mad-Dipartiment tas-Sahha Pubblika, settur li jaghmel parti mid-Divizjoni tas-Sahha.
Dan ic-centru regjonali ser ikun ffinanzjant mill-WHO u ser jilhaq lill-pajjizi Ewropej li jmissu mal-Mediterran. Il-ftuh ta' dan ic-centru hu frott ta' diskussjonijiet li bdew f'Settembru tas-sena li ghaddiet, f'Copenhagen.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li d-Dipartiment tas-Sahha jidhol f'kull aspett tas-sahha pubblika u huwa mifrux fuq setturi varji u vasti.
Il-Ministru Farrugia sahaq fuq l-importanza li l-ispetturi tas-sahha jkunu ghal qalbhom fuq il-post tax-xoghol ghax jemmen li mpjegat ghal qalbu jkollu output ahjar u jkun jista' jaghti servizz tajjeb. B'hekk ikun qieghed jghin is-settur tal-prevenzjoni ta' sahhet ic-cittadini. Is-serjeta fuq il-post tax-xoghol izzomm lill-haddiema responsabbli u accountable ghax-xoghol li huma jaghmlu. Il-Ministru semma' kif hafna spetturi tas-sahha kienu ffrustrati fuq xogholhom ghax kienu jahdmu 'l boghod mid-dar. Ghalhekk, ftit xhur ilu, sar id-deployment necessarju sabiex haddiema jkunu eqreb tal-post tax-xoghol u jkollhom anqas skarigg.
Il-Ministru Farrugia semma l-bzonn ta' koordinament bejn diversi dipartimenti governattivi u s-settur privat halli jsir titjib fl-ambjent ghal raguni ta' sahha pubblika. Ftit gimghat ilu tressaq in-National Environmental Health Action Plan (NEHAP). Ix-xoghol li sar mid-Dipartiment tal-Policy and Planning, b'mod specjali s-settur dwar turizmu, ambjent u sahha, kien gie rikonoxxut mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha.
Fi tmiem id-diskors tieghu l-Ministru Michael Farrugia habbar li l-Food and Safety Branch fi hdan id-Dipartiment inghata ghotja ta' 103,000 dollaru amerikani mill-Food & Agriculture Organization (FAO) sabiex jintuzaw ghall-upgrading tal-apparat ezistenti, kif ukoll ghal xiri ta' apparat gdid. Dawn se jintuzaw ghal seminars u taghlim ghall-Food & Safety branch.
Waqt din l-okkazjoni s-Sur Horace Micallef ipprezenta ktejjeb bl-isem 'L-igjene fl-ikel' lill-Ministru tas-Sahha. Dan il-ktejjeb se jintuza mid-dipartiment biex jghin lil kull min ikollu x'jaqsam mal-kcina fi stabbilimenti, kif ukoll minn min isajjar u juza l-kcina fid-djar.
Waqt li fahhar din l-inizjattiva, il-Ministru Farrugia fakkar li s-settur turistiku huwa pilastru ta' l-ekonomija Maltija u jiddependi hafna mis-settur tas-sahha pubblika. Jekk ikun hemm negligenza fl-igjene tar-ristoranti, lukandi u stabbilimenti ohra, jista' jipperikola is-settur turistiku.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922