Wara investiment sostanzjali fit-teknologija il-Gutenberg Press saret l-eweel stamperija li kisbet l-ISO 9002
Bosta huma dawk is-setturi fl-industrija Maltija li llum qed ihossu l-htiega li jimmodernizzaw l-istrutturi nterni taghhom u l-mod kif joperaw. Dan minhabba n-natura nnifisha tal-kompetizzjoni fis-suq u minhabba l-avvanzi kbar fit-teknologija ta' l-informazzjoni." Dan qalu l-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, waqt zjara li ghamel illum fl-istabbiliment tal-Gutenberg Press Ltd. gewwa Hal Tarxien.
Il-Ministru qal li tul iz-zjarat ta' kull gimgha li jaghmel fl-industrija tal-manifattura jinnota b'sodisfazzjoni li aktar kumpaniji Maltin qed ifasslu l-istrategija taghhom biex jilqghu ghall-isfidi tal-futur, kemm f'dik li hi strategija ta' swieq, kif ukoll permezz ta' investimenti f'teknologija avvanzata, sistemi ta' kwalità u tahrig u zvilupp ta' rizorsi umani. Strategiji ohra segwiti mill-kumpaniji huma l-penetrazzjoni ta' nicec (jew niche markets) fejn jistghu jikkompetu b'mod favorevoli, jew billi jikkumplimentaw il-linja principali tal-prodotti taghhom b'servizzi ohra li, minnhom infushom, ghandhom valur mizjud gholi.
Dr. Attard Montalto qal li l-Gutenberg Press ukoll qeghda ssegwi din l-istrategija. Filwaqt li l-kumpanija topera fil-qasam tal-materjal stampat, hi ghandha dipartiment tal-pre-press li, filwaqt li jsostni x-xoghol ta' l-istampar innifsu, ghen lill-kumpanija biex tespandi l-attivitajiet taghha kemm ghas-suq lokali u kif ukoll ghall-esportazzjoni. Il-Ministru fahhar lill-management u haddiema tal-Gutenberg ghall-isforzi taghhom sabiex jesportaw ix-xoghol taghhom. Fil-fatt il-kumpanija tesporta bejn 25 u 30 fil-mija tax-xoghol taghha lejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq.
Gutenberg Press twaqqfet ghoxrin sena ilu minn Paul u Frank Spiteri u llum thaddem mal-45 ruh. Permezz ta' investiment sostanzjali f'tahrig tal-haddiema u teknologija ta' l-oghla livelli, Gutenberg Press saret wahda mill-leaders fis-settur ta' l-istampar f'Malta. Il-kumpanija nvestiet aktar minn Lm1,000,000 f'magni ta' l-istampar u llum topera minn fabbrika privata. Il-Gutenberg thaddem impjant integrat ta' pre-press u printing taht saqaf wiehed u qieghda fil-process li twettaq investiment gdid fil-parti fejn isir il-binding.
Il-Ministru qal li dawn l-isforzi qed ikunu rikonoxxuti. Proprju l-gimgha li ghaddiet il-kumpanija giet rikonoxxuta bl-award ta' l-ISO 9002. Il-Gutenberg Press hija l-ewwel stamperija f'Malta li rnexxiela tikseb dan ir-rikonoxximent. Il-Ministru qal li dan ghandu jkompli jgholli l-profil internazzjonali tal-kumpanija.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922