XOGHLIJIET FUQ AKTAR UNITS TAL-GVERN
Il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali bhalissa qieghed jibni 190 post li jiswew madwar Lm1,800,000 f’diversi bliet u rhula f’Malta u f’Ghawdex fosthom f’Attard, il-Mosta, l-Imtarfa u f’ta’ Kassja fil-Qala, f’Ghawdex.
Barra dan il-bini li qed isir, fil-gimghat li gejjin mistennija jibdew xoghlijiet fuq madwar 132 units ohra li ghalihom jew hargu l-offerti jew se johorgu l-offerti fil-futur immedjat. Dawn se jiswew madwar Lm3,000,000. Uhud minn dawn il-postijiet jinsabu f’Bormla, il-Belt u l-Furjana, fil-program ta’ twaqqiegh ta’ kerrejjiet u tnehhija ta’ postijiet hziena.
Bhalissa l-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali qed jistenna l-hrug ta’ permessi ghall-bini ta’ aktar minn 1,000 unit minghand l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar waqt li qed jithejjew il-pjanti ghall- bini ta’ 237 unit ohra mid-Dipartiment tal-Bini u tiswija ta’ Djar tal-istess Ministeru.
Il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali permezz ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, qieghed f’negozjati ma’ ghadd ta’ sidien privati biex minghandhom jixtri numru ta’ appartamenti, maisonettes u garaxxijiet biex b’hekk il-Gvern jkun qed izid l-istock tieghu ta’ bini ghall-gharajjes u l-mizzewgin. Dan qed isir ukoll biex fl-istess hin ikun qed isir uzu xieraq minn postijiet battala tal-privat. Dan ukoll biex l-ghadd ta’ postijiet battala ma jibqax jizdied, meta fil-pajjiz hawn eluf ta’ nies li m’ghandhomx post dicenti fejn joqoghdu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922