Left arrow Mur Lura

PREZENTAZZJONI LILL-iSPECIAL CARE BABY UNIT TA’ L-ISPTAR SAN LUQA

PR1211
Date Icon 02/07/1998

“Meta persuni jghaddu minn esperjenza f’hajjithom ikunu jistghu jghinu lill-haddiehor li jghaddu minn esperjenza simili.”  Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, waqt prezentazzjoni li saret minn Toddler & Infant Parent Support Group (TIPS).  Din l-Ghaqda pprezentat zewg Apnoea Alarms ghall-uzu ta’ l-iSpecial Care Baby Unit (SCBU) fl-iSptar San Luqa.


Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li l-Gvern irid li s-support groups ikollhom l-ispazju sabiex jizviluppaw ghaliex minnhabba l-esperjenza li huma stess hafna drabi jkunu ghaddew minnha jkunu ta’ beneficcju u ta’ ghajnuna ghal haddiehor.  Huwa qal ukoll li l-ghaqdiet mhux governattivi ghandhom ikunu msahhin u jheggeg aktar koperazzjoni bejn Non Government Organizations (NGO’s), il-pazjenti u l-familjari taghhom kif ukoll l-impjegati fl-isptarijiet.  Il-Ministru semma li hemm persuna impjegata fl-iSptar San Luqa stess - Ms Cipriott-li giet rikonnoxxuta talli ghenet lill-ommijiet li jkolhom problemi fit-tqala.


Il-Ministru semma wkoll dwar tibdil li fil-futur qarib jista’ jsehh dwar il-hin tal-vizitaturi fl-iSptar San Luqa.  Huwa qal ukoll li ser isir kwestjonarju fost pazjenti u qrabathom dwar il-hinijiet tad-dhul.  Fost l-aktar popolari li qed jissemma’ huwa dak li l-hin jitwal minn wara nofs inhar sa filghaxija, specjalment sabiex jigu milhuqa l-impjegati tal-hwientet, ufficini u fabbriki.  Dan jista’ jwassal biex l-iffullar ta’ persuni madwar il-pazjenti jonqos.


Il-Ministru Farrugia qal li fis-swali tat-tfal fl-isptar il-gdid f’Tal-Qroqq ser ikun hemm pultruni li jinfethu u jsiru sodod zghar sabiex il-persuna li tibqa’ mat-tfal tkun xi ftit aktar komda.  Huwa qal ukoll li appartat ghall-iSptar San Luqa qed jibqa’ jinxtara xorta wahda u ghas-sena li qeghdin fiha ser jinxtraw 6 makni tal-kliewi, laser biex tnehhi l-portwine stains, Sleep Laboratory u ser jibda jinghata servizz gdid ta’ Urodynamics.  It-Tabib Farrugia qal ukoll li dak l-apparat li jibqa’ tajjeb biex jigi trasferit fl-isptar il-gdid jigi trasferit izda huwa qal li zgur li l-Gvern mhux ser jibqa’ lura milli jixtri apparat gdid u modern ta’ l-ahhar teknologija, halli jissostitwixxi dak li jkun ghamel zmienu.


Fi tmiem id-diskors tieghu, il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja lir-rapprezentanti tat-TIPS ta’ l-ghotja taghhom u wera x-xewqa wkoll li jiltaqa’ maghhom formalment.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow