FIERA INTERNAZZJONALI TA' MALTA 1998
PADILJUN TAL-GVERN - L-EDUKAZZJONI TA' WLIEDNA
'L-Edukazzjoni ta' Wliedna' hija it-tema tal-Padiljun tal-Gvern din is-sena, li gie mtella' u qed jitmexxa mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
X'inhu l-ahjar metodu biex nippreparaw lil uliedna biex jghixu u jahdmu fil-21 seklu? It-tfal taghna ghandhom bzonn jitghallmu kif jghixu f'dinja aktar kumplessa u incerta. It-tfal taghna:
- iridu jkunu jafu jhaddmu teknologiji u telekomunikazzjonijiet
godda li niltaqghu maghhom fil-hajja ta' kuljum;
- jiehdu sehem aktar attiv fid-decizzjonijiet li se jaffetwawlhom
hajjiethom;
- se jkunu qed jghixu f'demokrazija aktar matura fejn ic-cittadini
iridu jkunu infurmati ahjar u aktar malajr dwar x'qed jigri
madwarhom;
- se jkunu qed jahmu f'ekonomija aktar miftuha u l-livell ta' l-
ghixien taghhom jiddependi fuq is-servizzi li jipprovdu l-bqija
tad-dinja.
Il-genituri, l-ghalliema, komunitajiet lokali, kumpaniji kummercjali,
ecc, ghandhom ilkoll jahdmu flimkien ghall-gid ta' wliedna.
......./2
Biex dan kollu jkun jista' jitwettaq, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, qieghed bhalissa jiffoka fuq l-attivitajiet li gejjin:
Kurrikulu Nazzjonali Gdid ghall-Edukazzjoni f'Malta bejn it-3 u 16-il sena; il-Litterizmu, Edukazzjoni Inklusiva, Imsiehba fl-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni u l-Industrija, Informazzjoni Teknologika, Kreattivita' fis-Sillabu; Bini u Immodernizzar ta' Skejjel; l-Universita'.
Dawn kollha qed jinghataw prominenza fil-Padiljun tal-Gvern fil-Fiera Internazzjonali din is-sena.
Kull min izur il-padiljun qed jinghata librett bi proposti ewlenin tal-Kurrikulu Nazzjonali Gdid. Il-pubbliku qed jigi mitlub ukoll jippartecipa fi kwestjonarju dwar l-Edukazzjoni ta' Wliedna.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922