It-Tieni Konferenza dwar il-Pjan Regjonali ghan-Nofsinnhar ta' Malta
It-Tieni Konferenza Regjonali dwar il-Pjan Socjo-Ekonomiku ghan-Nofsinhar ta' Malta se ssir nhar is-Sibt, 4 ta' Lulju 1998, bejn l-10.30 a.m. u s-1.00 p.m., fil-Kullegg De La Salle, il-Kottonera, bit-tema: "Lejn it-Twettieq". Din il-Konferenza, li qeghda tigi organizzata mill-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, qeghda issir sena wara l-ewwel konferenza. F'dik l-okkazjoni kien inhatar Kunsill ta' l-Ippjanar li kellu l-inkarigu li jfassal pjan ta' zvilupp socjo-ekonomiku ghan-Nofsinhar ta' Malta. Dan il-pjan thejja u gie mxandar ghall-pubbliku.
Meta twaqqaf il-Kunsill ta' l-Ippjanar kellu jfassal il-Pjan tieghu fuq seba' suggetti ewlenin li kienu: l-ambjent, l-izvilupp sostenibbli u vijabbli ekonomiku u kummercjali, l-infrastruttura, it-turizmu, l-edukazzjoni, il-kultura, l-isports u aspetti socjali. Biex thejja dan il-pjan saru 'l fuq minn 400 laqgha formali u ghexieren ta' laqghat ohra inqas formali. Fit-tfassil ta' dan il-pjan kienu involuti direttament il-Kunsilli Lokali kollha tar-Regjun.
Il-pjan, li tlesta f'disa' xhur biss, huwa maghmul minn erba' partijiet u jipproponi mhux inqas minn 152 inizjattivi konnessi ma' l-aspetti bazici li kellu jgharbel il-Kunsill ta' l-Ippjanar.
F'dan il-pjan hemm diversi progetti proposti ghar-regjun li jinkludi fih ukoll l-ibliet kollha tal-Kottonera li huma il-Birgu, Bormla, l-Isla u l-Kalkara. Ir-regjun li dwaru sar dan il-pjan jinkludi wkoll il-Fgura, Haz-Zabbar u z-Zejtun, meqjusa bhala "inland district" u Birzebbuga, Wied-il-Ghajn, Marsaxlokk u x-Xghajra, meqjusa bhala distrett kostali.
Il-Konferenza se tigi miftuha b'diskors mill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant. L-ghan ewlieni tal-Konferenza ta' nhar is-Sibt hija li dan il-Pjan jigi approvat lejn it-twettieq.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922