L-Investiment barrani fil-Yacht Marina tal-Birgu huwa Amerikan
Il-gimgha li ghaddiet, il-Kap ta' Oppozizzjoni Dr. Eddie Fenech Adami allega li mhux veru se jkun hemm investiment gdid u dirett Amerikan fil-progett tal-yatch marina tal-Birgu, ghax skond hu, wara l-grupp Amerikan li se jinvesti fil-progett tal-yacht marina tal-Birgu, hemm jistahbew interessi Maltin. Sal-lum, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni ghadu ma ssostanzjax din l-allegazzjoni.
L-informazzjoni li ghandu l-Gvern Malti dwar l-investituri Amerikani, hi kif gej: Abonmarche Investments Inc., twaqqfet fl-1992 fl-Istat ta' Michigan mis-Sur Ronald E Schults biex iggib flimkien ghal progetti specifici, numru ta' ditti professjonali mdahhla fl-izvilupp ta' progetti tal-bini. Dawn id-ditti maghrufa bhala Abonmarche Group, jispecjalizzaw l-aktar fi progetti pubblici u privati, li jikkoncernaw yacht marinas u l-uzu ta' mollijiet ghal diversi skopijiet. Il-progett tal-Birgu se jkun wiehed minn dawn il-progetti specifici li Abonmarche Investments tidhol ghalihom. Id-ditti assocjati mal- Abonmarche Group ghandhom ufficcji f'Michigan u Indiana, waqt li sussidjarja taghhom f'Singapore ghandha wkoll ufficcji fil-Filippini.
Abonmarche kienet involuta fost ohrajn fi progetti f'Manistee u f'Muskegon, fl-Istat Amerikan ta' Michigan, f'Portage fl-Istat ta' Indiana, f'Villingilli Island Development fil-Gzejjer Maldivi, f'Ponggol Marina tal-Manila Yacht Club u fil-marina tal-Yacht Club ta' Singapore.
Il-President ta' Abonmarche Investments hu s-Sur Ronald E. Schults, li hu wkoll il-President u Chairman tal-Bord tal-grupp kollu kemm hu. Il-Kumpanija tahdem bhala katalista biex tghaqqad finanzjament Amerikan u dan l-ahhar anki Asjatiku ghall-progetti li l-Grupp Abonmarche ikun diehel ghalihom. Il-progetti ta' yacht marinas u zvilupp tal-mollijiet li l-grupp hu involut fihom ivarjaw fid-daqs minn 20 miljun ghal 80 miljun dollaru.
In vista ta' dawn il-fatti, il-Gvern jistieden lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni biex jew jissostanzja minnufih l-allegazzjonijiet li ghamel dwar l-investiment Amerikan propost ghall-Kottonera, jew jirtirahom. Jekk ma jaghmilx dan, il-poplu bil-fors ikollu jikkonkludi li l-allegazzjonijiet saru biex b'mod irresponsabbli, igerrxu investiment privat Amerikan minn pajjizna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922