TRIQ DUN MANWEL ZAMMIT FIS-SIGGIEWI GIET TISWA Lm150,000
PR1194
27/06/1998
Ix-xoghol fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siggiewi wasal fl-ahhar fazi tieghu. It-triq li hija twila mad-900 metru u taghti ghal fuq Wied Hesri giet tiswa lill-Gvern mal-Lm150,000.
Ix-xoghol li sar fi Triq Dun Manwel Zammit kien vast u jinkludi, fost l-ohrajn, il-bdil tal-main tad-drenagg u ta’ l-ilma, il-bini ta’ bankini godda u l-irrangar ta’ ohrajn ezistenti, il-bini mill-gdid tat-triq u l-ghoti ta’ wicc bit-tarmac liz-zona kollha.
Il-Unit ta’ ko-ordinament hadet hsieb tikkordina il-bdil tas-servizzi kollha. It-triq giet imzejna wkoll b’belvederes u bankijiet li jaghtu ghal fuq Wied Hesri.
Saru wkoll xogholijiet fit-toroq tal-madwar, fosthom Triq Girgenti, Triq Wied Hesri u Triq Pietru Felice.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922