Stand tal-Ministeru tas-Sahha fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta
Il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja din is-sena qed jerga' jiehu sehem attiv fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta 1998. L-istand N72, jinstab kif wiehed jidhol mill-bieb principali, fuq ix-xellug.
Fl-istand N72 ser jigi offrut servizz ta' Customer Care ghac-cittadini kollha li jkollhom xi lmenti, suggerimenti jew li jehtiegu xi servizz mill-Ministeru, mid-dipartimenti tas-sahha u ta' l-anzjani.
Din is-sena wkoll kemm se ddum miftuha l-Fiera ser ikun hemm informazzjoni dwar karrieri fil-qasam kollu tas-sahha u ghal dan il-ghan l-Institute of Health Care ser ikollu rapprezentanti fuq l-istand N72.
Kuljum bejn is-7.30 u t-8.00 ta' filghaxija ser ikun hemm tahdita minn professjonisti dwar suggetti relatati mas-sahha, fosthom dijabete, azma, mard tal-qalb, ikel tajjeb u suggetti varji ohra.
Servizz iehor li ser ikun hemm ghac-cittadini adulti huwa li jintiznu sabiex ikunu jafu jekk hux qeghdin fil-limitu ta' piz tajjeb.
Fl-istand tad-Dipartiment tas-Sahha, ser ikun hemm ukoll fuljetti biex persuni nteressati li jinkitbu bhala donaturi ta' l-organi jkunu jistghu jaghmlu dan u jinghataw id-donor card fil-pront.
F'xi granet mal-bieb principali ser ikun hemm il-Mobile Blood Donor Unit sabiex dawk il-persuni interessati li jaghtu d-demm ikollhom mezz biex jaghmlu dan.
Din is-sena c-cittadini Maltin u Ghawdxin ser ikunu jistghu jaraw x' progetti li d-dipartiment u l-Ministeru lestew matul dawn l-ahhar xhur, kif ukoll progetti li ser isiru fi zmien qasir.
Ghalhekk huwa tajjeb li kull min huwa nteressat dwar sahhtu u dwar is-servizzi tas-sahha ghandu jzur fi stand N72 fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta '98.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922