L-Ambaxxatur Egizzjan ghal Malta jzur lill-Ministru Michael Farrugia
L-Eccellenza Tieghu Yehya El Ramlawi, Ambaxxatur tal-Egittu ghal Malta ghamel zjara ta' kortesija lill-Ministru ghas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia.
Il-Ministru Farrugia spjega diversi aspetti ta' kura li l-gvern Malti joffri lic-cittadini Maltin u l-izvilupp li qed isehh f'diversi setturi kif ukoll id-dhul ta' servizzi godda ghas-servizz tac-cittadini.
L-Eccellenza Tieghu Yehya El Ramlawi deher interessat li tibda kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi fis-settur tas-sahha.
Ghal din ir-raguni gie miftiehem li fil-jiem li gejjin se jibdew tahditiet bejn iz-zewg pajjizi halli jigi fformulat ftehim bilaterali fil-qasam tas-sahha.
Fit-tmiem il-laqgha l-Ambaxxatur Egizzjan stieden lill-Ministru Michael Farrugia sabiex izur l-Egittu fix-xhur li gejjin, ghall-aktar tahdidiet mal-Ministru tas-Sahha Egizjan. L-iskop taz-zjara hu sabiex tigi stabbilita kooperazzjoni fis-settur tas-sahha ghal-gid taz-zewg popli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922