Programm Ufficjali : Imnarja 1998
Attivitajiet organizzati mill-Kummissjoni Imnarja - Kumitat Festi Nazzjonali, fi hdan l-Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, flimkien mas-Socjeta Agrarja.
Il-Hadd, 28 ta' Gunju, 1998
Mis-7.30 ta' fil-ghodu san-12.30 p.m. u mis-2.00 sat-3.00 ta' wara nofsinhar issir il-kitba ta' l-esebiti kollha, jigifieri wcuh tar-raba', frott, suf u tajjar, gobon u kunserva, xoghol in-nahal, hamiem u fniek.
4.00 p.m. Tibda l-gurija ta' l-esebiti registrati.
4.30 p.m. Tberik tal-wirja.
5.00 p.m. Ftuh tal-wirja ghall-pubbliku sa nofs il-lejl.
7.45 p.m. Programm Folkloristiku li fih jiehdu sehem Banda Norvegiza, il- Banda l'Isle Adam Rabat, Aurora Folk Group, Helen Micallef, Philip Vella, Augusto Cardinale, Pawlu Tanti, John Laus, u l-Greenfields. Naturalment ma tonqosx l-ghan ta' ghannejja mmexxija minn Carmelo Bonnici - il Bahrin, Cikku Degorgio tal-Fjuri, Michael Fenech ir-Ringo Frans Cassar il-Bloqq.
It-Tnejn, 29 ta' Gunju, 1998
6.30 a.m. Quddiesa fuq il-ghar tal-Buskett.
7.00 a.m. Gurija tal-bhejjem u l-ktieb
Tinfetah ukoll il-wirja agrikola.
10.00 a.m. Programm muzikali mill-Banda Konti Ruggieru Rabat.
12.00 a.m. Prezentazzjoni ta' tazzi u bnadar mill-Ministru ta' l-Agrikultura u Sajd, l-Onor. Noel Farrugia
3.00 p.m. Programm ta' tigrijiet taz-zwiemel fit-Triq it-Tigrija, Rabat. Wara it-Tigrijiet taz-zwiemel issir ic-cerimonja ta' tqassim ta' paljijiet u tazzi mill-Onor. Joe Cilia, Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti
L-IMNARJA
Meta llum insemmu l-Imnarja, l-ewwel haga li tigina f'mohhna huma l-gonna tal-Buskett. Il-briju f'din il-gonna jibda filghaxija ta' lejliet il-festa, meta l-Kumitat Festi Nazzjonali jorganizza 'festival' ta' ghana, zfin u kanzunetti popolari Maltin, u daqq tal-banda tar-rahal li ghal din is-sena jmiss il-Banda L'Isle Adam, Rabat kif ukoll il-Banda Norvegiza Ljan School Band li jifthu l-imsemmija serata. Wiehed jista' wkoll igawdi l-wirja tal-hxejjex, frott, gobon, kunserva, xoghol tas-suf u tajjar, xoghol in-nahal, tjur, fniek u bhejjem. Din il-wirja fil-Buskett li saret l-ewwel darba fis-sena 1854 fi zmien il-Gvernatur Sir William Reid.
Din is-sena wkoll l-attivitajiet ta' fuq il-palk jibqghu sejrin sas-siegha ta' filghodu, izda xi ghannejja dilettanti jibqghu hemm biex isemmghu xi ghanja li jkunu ppreparaw ghall-okkazzjoni.
Madankollu wiehed ma ghandux jinsa li l-festa ta' l-Imnarja hija festa religjuza, il-festa f'gieh San Pietru u San Pawl. Il-qofol ta' din il-festa religjuza, hija l-purcissjoni ta' filghodu ta' nhar il-festa. Tant hu hekk illi tradizzjonalment in-nies kienu jqattghu il-lejl fil-Buskett biex l-ghada mas-sbieh jimxu lejn il-Katidral biex jiehdu sehem fil-purcissjoni li tibda ghall-habta tat-8.30 ta' filghodu.
Fil-Gonna tal-Buskett, nhar id- 29 ta' Gunju, 1998 filghodu, ikun hemm ukoll il-wirjiet tal-hxejjex u l-annimali kif ukoll il-Banda Konti Ruggieru u l-banda Norwegiza Joevik School Band fejn ser jesegwixxu programm bejn l-9.00 ta' filghodu u nofsinhar. Il-Ministru tal-Biedju u Sajd iqassam l-premjijiet lir-rebbieha tal-bhejjem, tjur, hxejjex, ghasel u affarijiet ohra li jkunu ippartecipaw fil-wirja Agrikola.
Fit- 3.00 ta' wara nofsinhar isiru it-tigrijiet tradizzjonali tal-bhejjem fit-triq it-Tigrija, Rabat. Din-sena ser isiru numru sostanzjali ta' tigrijiet. Dawn it-tigrijiet ser jigu organizzati mill-Kummissjoni Imnarja flimkien mal-ghaqda dilettanti ponijiet bis-sehem shih tal-S.P.C.A u t-Tabib Veterinarju tal-Gvern li josservaw bis-shih li ma jkunx hemm mohqrija tal-bhejjem.
Il-Kummissjoni Mnarja din is-sena wkoll hasbet biex jiehdu sehem Baned Maltin flimkien ma' baned barranin; Ghana ta' kull tip; kant ghall-Maltin, Zfin Folkoristiku mill-Maltin u l-Ghawdxin, Makjetti u dak kollu marbut mat-tradizzjoni Matija sabiex din il-festa tradizzjonali tibqa hajja fil-kalendarju kulturali taghna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922