Impenn lejn pajjiz iktar modern u zviluppat
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li l-impenn tieghu bhala Prim Ministru hu li jara li pajjizna jimxi 'il quddiem, jkun pajjiz modern u zviluppat. Qal li ghandu wkoll impenn lejn in-nies tal-Kottonera li ghal snin shah semghu biss weghdiet u issa l-Gvern qed jahseb fihom bi progetti bhal dak tal-yacht marina.
Il-Prim Ministru qal dan f'kumment lil gurnalisti fi tmiem is-Seduta Parlamentari tal-lejla li fiha gew approvati zewg Abbozzi ta' ligijiet finanzjarji.
Mistoqsi dwarhom, il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li l-Gvern rebah zewg voti ta' fiducja meta ghaddew dawn l-Abbozzi ta' ligijiet.
Dr. Sant irrefera ghall-ittra li l-Gvern ircieva mill-konsorzju Port Cottonera Ltd
li fiha dawn accettaw il-bankini tal-Birgu bi dritt ta' uzu ghal 99 sena, minflok b'titolu ta' enfitewsi. Il- Prim Ministru qal li issa wiehed jistenna r-reazzjoni ta' l-Oppozizzjoni dwar din l-ittra.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern jinsab grat li l-Awtoritajiet Amerikani taw l-ghajnuna taghhom billi inkuraggixxew dan l-investiment u tenna li tkun hasra li progett bhal dan itir mar-rih. Enfasizza li jekk l-investiment privat fil-pajjiz ma jigix inkuraggit b'modi godda, allura nkunu qed nidhqu bina nfusna. Semma kif pajjizna fl-ahhar snin naqaslu investiment gdid u rega' tenna l-bzonn li ninkuragixxu investimenti li jrendu.
Hawnhekk il-Prim Ministru Dr. Sant irrefera ghall-progetti ohra li l-Gvern qed jahdem fuqhom fosthom il-progett ta' Manoel Island, il-progett Connections kif ukoll il-Passenger Sea Terminal. Qal li dal-progetti kollha huma mibnija fuq mudell biex jigi imhajjar investiment privat, biex b'hekk jinholoq aktar xoghol ghal kulhadd.
Il-Gvern, qal Dr. Sant, ser jibqa' dispost li jwessa l-konsensus tant li waqt li ipprezenta mill-gdid l-Abbozz ta' rizoluzzjoni li kien hemm qabel, baqa miftuh li jekk ikun hemm tieqa li biha jista' jwessa l-konsensus, dik it-tieqa juzaha. Dwar l-agir ta' l-Oppozizzjoni, il-Prim Ministru qal li din mhux qed taghti kontribut kostruttiv dwar dan il-progett kbir u ta' gid ghan-nies tal-Kottonera.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922