Il-Yacht Marina tal-Birgu: Port Cottonera Ltd jaccettaw il-bankini tal-Birgu bi dritt ta' uzu ghal 99 sena minflok b'titolu ta' enfitewsi
Il-Gvern illum ippubblika l-ittra mibghuta fit-22 ta' Gunju 1998 mill-konsorzju Port Cottonera Ltd lill-Ministru tat-Turizmu l-Onor. Karmenu Vella li fiha l-konsorzju informa lill-gvern li bil-ghan li jigi realizzat il-progett tal-Yacht Marina tal-Birgu kienu lesti jaccettaw li jiehdu l-bankini (quays) bi dritt ta' uzu ghal 99 sena, minflok b'titolu ta' enfitewsi.
Il-Gvern ippublika din l-ittra tlett ijiem wara li ntbaghtitlu mill-Port Cottonera Ltd sabiex jigi abbozzat u emendat il-ftehim originali b'mod li jirrifletti s-sustanza ta' l-ittra mibghuta mill-konsorzju lill-Ministru tat-Turzimu.
Il-Konsorzju qal li b'referenza ghas-sitwazzjoni nazzjonali difficli li zviluppat fl-ahhar gimgha, minghajr pregudizzju ghall-konsiderazzjonijiet finanzjarji u kummercjali li tqanqlu mill-konsorzju dwar in-negozjati u biex jippromwovi it-twettiq tal-Progett tal-Kottonera, fl-interess nazzjonali, il-konsorzju kien lest jaccetta li jiehu l-bankini bi dritt ta' uzu ghal 99 sena, minflok b'titolu ta' enfitewsi. Dan, qal il-konsorzju, sakemm il-gvern jiggarantixxi li ma jkunx hemm tfixkil dwar l-uzu, l-izvilupp u l-facilitajiet ghat-tgawdija tieghu. Il-konosrjzu qal li d-dritt ta' l-access ghall-pubbliku fuq il-moll tal-Birgu kif diga' miftiehem ma jkun bl-ebda mod pregudikat.
Il-Konsorzju qal lill-gvern li dan id-dritt ghandu jkun defenit b'mod li jibqa' jkollu l-facilita' li juza l-ispazju tal-moll ghall-kafes, ristoranti u entijiet ohra kummercjali li jkunu ta' beneficcju ghall-kumpannija. Il-Konsorzju jghid li m'ghandu jkun hemm l-ebda pregudizzju ghall-pakkett finanzjarju li dwaru diga' intlahaq ftehim mal-gvern.
Kopja ta' l-ittra hija annessa ma' din l-istqarrija.
PORT COTTONERA LIMITED
c/o: EMCS Ltd
4th Floor, Airways House,
High Street,
Sliema SLM 15
MALTA
Tel. 356-346925; Fax. 356-346843
22nd June 1998
The Hon. Minister of Tourism
Ministry of Tourism
Valletta
Having regard to the serious national situation that has developed in the past wee, without prejudice to the financial and commercial considerations advanced by the consortium during our negotiations and in order to further promote the realisation of the Cottonera Waterfront Project in the National Interest, we the undersigned are willing to accept title to the quays by way of right of use for 99 (ninety nine) years provided Government will warrant that the said right of use wouldn't be in any way interrupted, hindered or limited as to its full development and enjoyment. The right of access to the public as already agreed would not be in any way prejudiced.
This right must further be defined to allow us to place and operate facilities such as outdoor cafes, restaurants and other commercial amenities and to rent or otherwise transfer such facilities to third parties for the benefit of the company.
The financial package already agreed upon between the two parties is to remain unprejudiced.
Signed: JOST MERTEN (Chairman) - EDDIE WOODS (Director)
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922