Interess mil-L.A.F.I.C.O. ghal investiment fl-agro industrija
Il-Protokoll iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan f'Gunju 1997, ghall-koperazzjoni u zvilupp fis-setturi tal-Biedja u Sajd, huwa xhieda tar-relazzjonijiet sodi li hemm bejn iz-zewg popli. Ghalhekk il-kumpanija LAFICO hija interessata li tinvesti fl-Agro-industrija sabiex il-bdiewa, rahhala u sajjieda taz-zewg pajjizi jkollhom aktar investiment li jrendi f'gid ghalihom u ghall-konsumaturi taz-zewg popli.
Dan intqal mill-Ministru Libjan Mohammed Hijazi u c-Chairman tal-LAFICO Mohammed al-Hwaij waqt zjara li ghamlu lill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia fejn ukoll waslulu messagg mit-tliet Ministri li jmexxu s-settur tal-Biedja u Sajd fil-Libja, jigifieri Bashir R Abu Janah, Ministru tas-Sajd u Rizorsi tal-Bahar, Ali Abougenah, Ministru ta' l-Animal Wealth u Ali Bin Ramadan, Ministru ta' l-Agrikoltura.
Il-Ministru Noel Farrugia qal li meta wiehed jikkunsidra bil-ghaqal il-pass taz-zewg Gvernijiet, jifhem aktar mill-qrib il-potenzjal ekonomiku u l-gid komuni li johloq dan il-protokoll. Huwa kompla jghid li l-Koperattivi Nazzjonali tal-bdiewa u tas-sajjieda kif ukoll is-settur privat ta' l-Agro-Industrija ghandhom jizviluppaw relazzjonijiet ahjar bejniethom sabiex fil-gejjieni qarib flimkien mal-LAFICO jibdew jippjanaw kif iwettqu l-investiment sostenibbli f'dawn l-oqsma hekk importanti fl-ekonomija taz-zewg pajjizi.
Fi tmien il-laqgha, il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia rringrazzja lid-delegazzjoni Libjana ghaz-zjara li ghamlitlu u stieden lill-Koperartivi Nazzjonali tal-Bdiewa, Rahhala u Sajjieda Libjani sabiex jiltaqghu mal-Koperattivi Nazzjonali Maltin halli flimkien jipproponu l-idejat taghhom dwar investimenti godda f'dawn l-oqsma.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922