WIRJA BIEX JIGI MFAKKAR IL-JUM DINJI TA’ L-AMBJENT
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent biex ifakkar il-Jum Dinji ta’ l-Ambjent ta’ din is-sena, haseb li jorganizza Wirja f’St. James Cavalier, li nfethet mill-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent Dr George W. Vella, fl-1 ta’ Gunju.
Il-wirja,li tikkonsisti f’numru kbir ta’ pittura, skultura u ceramika, ghandha bhala tema l-Ambjent fil-globalita’ tieghu, u timrah fuq l-aspetti kollha socjali li f’pajjizna jinsgu il-karatteristici ta’ ambjent li, fi hdan il-progress qieghed kull ma’ jmur dejjem jinbidel. Il-pitturi esebiti huma bhal xbiha ta’ mkien partikulari jew sentiment ta’ darba li l-artist partikulari ghazel li jimmortalizza bis-sensibilita’ kreattiva tieghu. Fil-Wirja hemm ’il fuq minn 50 artist jippartecipaw u l-medium uzat jvarja u jaghti lil wirja espressjoni li tmur lil hinn, fejn anki fl-istaticita’ tal-kwadru donna ssehh tranzizzjoni li tiggenera l-gmiel.
L-isem moghti lil din il-gabra ta’ kwadri huwa Permanence in Dignity, isem li jintegra flimkien il-fatturi ta’ qrubija bejn dak li kien u dak li hu, bejn l-istorja u l-process fin ta’ tranzizzjoni li bhal pont tghaqqad il-fruntieri li nisgu l-esperjenzi ta’ l-umanita’. Dan l-isforz kollettiv imsarraf f’kuluri jillustra tajjeb il-hsieb li ghalih il-Ministeru hass li ghandu jikkontribwixxi permezz ta’ l-arti biex iwassal il-messagg tieghu. Messagg ta’ kuxjenza biex l-ambjent jinghata l-prijorita’ li jisthoqqlu f’socjeta’ bhal taghna li qed dejjem tinbidel.
Huwa dnub li wirja bhal din taghlaq il-bibien taghha fl-ahhar ta’ dan ix-xahar, ghaldaqstant kull min zar jew behsiebu jzurha zgur jaqbel li l-gejjieni ta’ l-ambjent f’pajjizna jawgura tajjeb, kemm fil-kamp politiku fejn il-gvern jidher li fehem l-importanza tal-preservazzjoni ambjentali, kif ukoll f’kampi ohra fejn bl-attivita’ taghhom qed ikomplu jixprunaw l-idea li l-ambjent huwa hajjitna u ghalhekk huwa inevitabbli li jehtieg nibqghu nibzghu ghalih.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922