Left arrow Go Back

WIRJA BIEX JIGI MFAKKAR IL-JUM DINJI TA’ L-AMBJENT

PR1173
Date Icon 24/06/1998

Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent biex ifakkar il-Jum Dinji ta’ l-Ambjent ta’ din is-sena, haseb li jorganizza Wirja f’St. James Cavalier, li nfethet mill-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent Dr George W. Vella, fl-1 ta’ Gunju.


Il-wirja,li tikkonsisti f’numru kbir ta’ pittura, skultura u ceramika, ghandha bhala tema l-Ambjent fil-globalita’ tieghu, u timrah fuq l-aspetti kollha socjali li f’pajjizna jinsgu il-karatteristici ta’ ambjent li, fi hdan il-progress qieghed kull ma’ jmur dejjem jinbidel. Il-pitturi esebiti huma bhal xbiha ta’ mkien partikulari jew sentiment ta’ darba li l-artist partikulari ghazel li jimmortalizza bis-sensibilita’ kreattiva tieghu. Fil-Wirja hemm ’il fuq minn 50 artist jippartecipaw u l-medium uzat jvarja u jaghti lil wirja espressjoni li tmur lil hinn, fejn anki fl-istaticita’ tal-kwadru donna ssehh tranzizzjoni li tiggenera l-gmiel.


L-isem moghti lil din il-gabra ta’ kwadri huwa Permanence in Dignity, isem li jintegra flimkien il-fatturi ta’ qrubija bejn dak li kien u dak li hu, bejn l-istorja u l-process fin ta’ tranzizzjoni li bhal pont tghaqqad il-fruntieri li nisgu l-esperjenzi ta’ l-umanita’. Dan l-isforz kollettiv imsarraf f’kuluri jillustra tajjeb il-hsieb li ghalih il-Ministeru hass li ghandu jikkontribwixxi permezz ta’ l-arti biex iwassal il-messagg tieghu. Messagg ta’ kuxjenza biex l-ambjent jinghata l-prijorita’ li jisthoqqlu f’socjeta’ bhal taghna li qed dejjem tinbidel.


Huwa dnub li wirja bhal din taghlaq il-bibien taghha fl-ahhar ta’ dan ix-xahar, ghaldaqstant kull min zar jew behsiebu jzurha zgur jaqbel li l-gejjieni ta’ l-ambjent f’pajjizna jawgura tajjeb, kemm fil-kamp politiku fejn il-gvern jidher li fehem l-importanza tal-preservazzjoni ambjentali, kif ukoll f’kampi ohra fejn  bl-attivita’ taghhom qed ikomplu jixprunaw l-idea li l-ambjent huwa hajjitna u ghalhekk huwa inevitabbli li jehtieg nibqghu nibzghu ghalih.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow