Left arrow Go Back

TILTAQA’ D-19 -IL SESSJONI TAL-KUMMISSJONI IMHALLTA BEJN MALTA U L-LIBJA

PR1172
Date Icon 24/06/1998

Ghaxar miljun dollaru gew allokati mill-Gvern Libjan biex jigu investiti   f’Malta. Dan l-investiment ser ikun ko-ordinat mill-Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO).


Dan habbru Mohamed el-Hijazi, Ministru ghas-Sigurtà Pubblika Libjan, meta dal-ghodu mexxa delegazzjoni li kellha tahditiet mal-Prim Ministru                Dr. Alfred Sant, f’Kastilja. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ambjent Dr.George W.Vella, mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerc Leo Brincat, kif ukoll mill-Ministru tat-Turizmu u Self-Employed  Karmenu Vella.


Il-Ministru ghas-Sigurtà  Pubblika Libjan semma’ l-hidma li qed issir min-naha Libjana biex jitkattar aktar investiment f’pajjizna, kemm mis-settur privat kif ukoll minn dak pubbliku. Huwa ghamel ukoll referenza ghall-flus li Malta ghandha  tiehu mil-Libja. Huwa qal li l-Gvern Libjan ma jikkunsidrax dawn il-flus li Malta ghandha tiehu bhala dejn,  izda bhala process ta’ negozju kontinwu bejn iz-zewg nahat.


Min-naha tieghu, il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant semma’ r-relazzjonijiet ezistenti tajbin li jezistu bejn iz-zewg nahat.


Iz-zjara tad-delegazzjoni Libjana tintemm illum. Waqt din iz-zjara, il-Kummissjoni Mhallta Maltija-Libjana ddiskutiet fost l-ohrajn, ir-relazzjonijiet bilaterali fl-oqsma tal-kummerc, investiment, finanzi, tarznari, turizmu, energija, servizzi tat-trasport, kultura, agrikoltura u sajd.


Il-Kummisjoni Mhallta bejn Malta u l-Libja tiltaqa’ darbtejn fis-sena, darba f’Malta u darb’ohra fil-Libja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow