Prezentazzjoni ta' sett tat-Television lis-Security Section tar-Residenza San Vincenz
Illum, it-Tabib Louis Buhagiar ipprezenta television lis-Security Section tar-Residenza ta' San Vincenz de Paule. Dan it-television gie offrut mill-ghaqda volontarja tal- Friends of SVPR. L-ghan ta' din l-ghaqda hu li jassistu lir-residenti fil-bzonnijiet taghhom.
Huwa stqarr li huwa ferm importanti li din is-sezzjoni tkompli zzid l-efficjenza taghha sabiex jitnaqqsu l-abbuzi minn certi haddiema fir-residenza. It-Tabib Buhagiar qal li f'din ir-residenza jintefqu hafna flus bhala spiza rikurrenti u ghalhekk hu importanti li nipprotegu l-interess tac-cittadini Maltin. Din is-sezzjoni ghandha tiehu l-passi kollha mehtiega sabiex toffri deterrent ghal dawk l-azzjonijiet.
It-Tabib Buhagiar qal li fil-futur hemm il-hsieb li jinbnew imhazen godda li jservu bhala Provision Stores u l-Main Stores prezenti jintuzaw bhala garage ghall-vetturi tar-residenza.
Huwa rringrazzja lill-ghaqda tal-Friends of SVPR ghall-interess li huma jiehdu fil-Welfare tal-haddiema u tar-residenti.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922