Left arrow Mur Lura

Familji jinghataw appartamenti godda biex jitwaqqa' bini qadim fl-Imsida

PR1168
Date Icon 23/06/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, illum attenda ghal-laqgha tal-Grupp Koordinattiv dwar Slum Clearance (Slum Clearance Coordinating Group) li ltaqa' biex jaghmel l-ahhar thejjijiet dwar it-trasferiment ta' ghadd ta' familji mill-Imsida li se jinghataw appartamenti godda, flok dawk li se jitbattlu biex jitwaqqghu.

L-allokazzjonijiet se jsiru nhar il-Hamis, 25 ta' Gunju 1998, permezz ta' polza. Il-familji li se jigu trasferiti se jigu allokati wiehed mill-34 appartament gdid li jinsabu f'zewg blokki u li tlestew apposta ghalihom fl-Imsida stess.

F'diskors li ghamel il-Ministru qal li dan it-trasferiment seta' jsir wara li saret il-politika gdida dwar l-evictees li permezz taghha se jinghataw sussidji sostanzjali fuq il-kera lil nies li jkunu se jbattlu djar qodma biex wara jitwaqqghu. Huwa qal li permezz ta' din il-politika gdida se jgawdu familji ohra li llum jghixu fil-kerrejjiet u djar qodma li se jitwaqqghu, skond il-politika tal-Gvern ta' twaqqiegh ta' kerrejjiet, fosthom dawk f'Bormla.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow