Il-Ministru Michael Farrugia jzur l-Isptar Monte Carmeli
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja it-Tabib Michael Farrugia zar il-pazjenti tal-iSptar Monte Carmeli fl'okkazzjoni ta' Jum il-Missier waqt attivita' li giet organizzata ghalihom.
Waqt indirizz il-Ministru Farrugia rega' sostna l-weghda tieghu li s-sala 10 fl-iSptar Monte Carmeli ser tigi maghluqa. Huwa qal li din is-sala hija sala maghrufa tal-kastig kemm mal-pazjenti kif ukoll mal-infermiera u paramedici.
It-tabib Michael Farrugia qal ukoll li numru ta' swali gew mbajda u naghtaw facelifting komplut, izda huwa wieghed li swali ohrajn ser jigu mibdula kompletament u attrezzati bhal sptarijiet ohra jigifieri b'apparat u sodod moderni.
Wara l-attivita' l-Ministru zar diversi swali fl-isptar fosthom is-sala 8 u s-sala 7 tan-nisa. Din is-sala sarilha facelifting b'tibjid u zebgha, kcina gdida, toilets u showers godda, kif ukoll ghamara, pjanti u inkwatri fost ohrajn. Dan juri l-impenn li dahal ghalih gvern Laburista gdid li fi ftit xhur biss beda juri li qieghed iwettaq dak li kien wieghed qabel l-elezzjoni li s-settur tas-sahha li joffri l-gvern ikun l-aqwa u l-ahjar ghac-cittadini kollha.
Hawnhekk il-Ministru Michael Farrugia wieghed li l-ebda sptar mhu se jithalla barra, la l-isptar Monte Carmeli u l-ebda sptar iehor.
Il-Ministru kompla jghid li dan ix-xoghol kollu sar bil-hidma kontinwa tal- haddiema tal-maintenance u tat-taqsima tal-mastrudaxxi tad-Dipartiment tas-Sahha. Huwa fahhar ix-xoghol li sar u li qieghed isir u qal ukoll li huwa ghandu fiducja shiha fil-haddiema tal-isptarijiet u mhux se jaghti xoghol lill-kuntratturi jekk ix-xoghol ikun jista' jsir mill-haddiema tad-divizjoni tas-sahha stess.
Il-Ministru fl-ahhar irringrazzja lill-haddiema kollha mill-kbir saz-zghir li jahdmu fl-iSptar Monte Carmeli u wieghdhom li anke fil-futur huwa ser ikompli bil-hidma tieghu sabiex l-isptarijiet ikollhom dehra ahjar, kif ukoll li jkompli jsahhah il-management sabiex id-Dipartiment tas-Sahha jkun jista' joffri l-aqwa servizzi tas-sahha lic-cittadini Maltin u Ghawdxin kollha.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922