Konsultazzjonijiet intensivi bejn delegazzjoni teknika mill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea u wahda Governattiva
Delegazzjoni teknika mill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea temmet jumejn ta' konsultazzjonijiet intensivi ma' delegazzjoni Governattiva dwar il-process ta' twaqqif ta' Zona ta' Kummerc Hieles ma' l-Unjoni Ewropea.
Id-delegazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kienet immexxija mis-Sur Eric van den Linden u kellha fiha esperti f'oqsma diversi. Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mill-Ambaxxatur Malti ghall-Unjoni Ewropea, is-Sur Victor Camilleri. Il-koordinazzjoni tal-hidma ta' l-ippjanar ghall-process ta' twaqqif ta' Zona ta' Kummerc Hieles u tar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija mehtiega mill-liberalizzazzjoni qieghda f'idejn il-Kap Ezekuttiv tal-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp, Dr. Mario Vella li ppartecipa wkoll fil-laqghat.
Id-delegazzjoni Maltija kienet maghmula minn ufficjali gholja minn dipartimenti u ministeri kkoncernati. Rwol importanti fil-process ta' twaqqif ta' Zona ta' Kummerc Hieles ser ikun dak tad-dipartiment tal-Customs and Excise Tax u tad-Dwana. Ghalhekk dawn id-dipartimenti kienu rapprezentati fl-oghla livell fit-tahditiet. It-tahditiet qed jigu koordinati mid-Direttorat ghall-Unjoni Ewropea fi hdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Xi haga gdida u interessanti f'dawn it-tahditiet li impressjonat ir-rapprezentanti ta' l-Unjoni Ewropea huwa l-fatt li s-settur privat kien direttament rapprezentat permezz tac-Chairman ta' l-Advisory Board ta' l-Istitut ghat-Tkattir ta' l-Industrija z-Zghira (IPSE), is-Sur Lino Callus. Is-Sur Callus kien gie nnominat ghal din il-kariga mill-Gvern fuq proposta tal-Federazzjoni ta' l-Industrija, il-Kamra tal-Kummerc u l-GRTU.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922