Promozzjonijiet fil-Maltacom p.l.c.
Il-Ministru minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, l-Onor. Joe Mizzi, gie mistieden ghall-ghoti ta' promozzjonijiet fil-gradi ta' Senior Technical Officer (STO), Higher Technical Officer u Chief Technical Officer (CTO) fil-kumpanija Maltacom p.l.c. L-istorja ta' dawn il-hatriet tmur lura sad-29 ta' Lulju, 1992, meta hargu sejhiet ghall-applikazzjonijiet fil-gradi ta' Senior Technical Officer, Higher Technical Officer u Chief Technical Officer. Dawn l-applikazzjonijiet kienu miftuha ghal dawk li kienu fil-grad ta' Technical Officer 3 (TO3). L-intervisti quddiem is-Selection Board saru bejn Dicembru 1992 u l-ewwel gimgha ta' Frar 1993. Ir-rapport tas-Selection Board gie pprezentat lic-Chairman tal-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Telemalta fit-18 ta' Ottubru, 1993, aktar minn tmien xhur wara li kienu tlestew l-intervisti.
Ic-Chairman tal-Bord tad-Diretturi flimkien mad-deputat chairman u membru iehor tal-Bord irrikmandaw lill-Bord tad-Diretturi li dawk kollha li kienu pprezentaw kaz ta' ingustizzja quddiem il-Kummissjoni tal-Ingustizzji jinghataw promozzjoni f'grad ghola minn dak li kienet tappartjeni lilhom mir-rizultat tas-Selection Board. F'Dicembru 1993, il-Bord tad-Diretturi approva numru ta' promozzjonijiet fil-gradi ta' CTO, HTO u STOs.
Bi ftehim mal-GWU gew appuntati zewg Bordijiet ta' l-Appelli biex jinvestigaw l-Appelli mressqa minn dawk li ma kenux sodisfatti bir-rizultat tas-Selection Board jew bil-promozzjonijiet kif approvati mill-Bord tad-Diretturi. Iz-zewg Bordijiet ta' l-Appelli kienu mmexxija minn Dr. Ricardo Farrugia u minn Dr. Edgar Mizzi rispettivament.
Il-Bord ta' l-Appelli ppresedut minn Dr. Ricardo Farrugia ha in konsiderazzjoni biss il-marki li nghataw mis-Selection Board filwaqt li dak presedut minn Dr. Edgar Mizzi barra li ha in konsiderazzjoni l-marki li nghataw mis-Selection Board ha in konsiderazzjoni wkoll il-fatt li kull min gab marki aktar minn haddiehor li gie promoss, jew li nqabzu minhabba decizjoni tal-Bord tad-Diretturi kif diga' inghad, ghandu jinghata promozzjoni jew jitqieghed ghall-fini ta' marki, b'mod li ma ssirx ingustizzja mieghu. Dan il-punt il-Bord ta' Dr. Ricardo Farrugia ma kienx ha konsiderazzjoni tieghu.
Skond il-Ftehim Kollettiv, kif ukoll il-ftehim bejn it-Telemalta u l-GWU ta' Gunju 1989, id-decizjoni tal-Bord ta' l-Appell hija finali. Sitt applikanti li dehru quddiem il-Bord presedut minn Dr.Ricardo Farrugia talbu lill-Qorti tohrog mandat ta' inibizzjoni biex it-Telemalta ma timplimentax id-decizjoni tal-Bordijiet ta' l-Appelli. Din it-talba giet milqugha. Wara, l-istess sitt persuni fethu kawza biex fil-konfront tal-Bord ta' l-Appelli tigi dikjarata nulla, peress li l-fatt li l-Bordijiet ta' l-Appell, differentement komposti, adattaw kriterji differenti fid-determinazzjoni ta' l-appelli jikkostitwixxi diskriminazzjoni fil-konfront taghhom. Huma talbu lill-qorti ttihom rimedju.
Din il-kawza giet deciza nhar il-15 ta' Lulju 1997. Fis-sentenza tieghu l-Onor. Imhallef Dr. Albert Magri qal li l-Bord tad-Diretturi ma setax jaghti promozzjoni ohra fuq dik tas-Selection Board lil dawk li ressqu kaz ta' ingustizzja quddiem il-Kummissjoni ta' l-Ingustizzji ghax dan kien imur kontra r-rimedju li kellha taghti t-Telemalta fuq il-parir tal-istess Kummissjoni ta' l-Ingustizzji.
Barra dan, peress li d-decizjoni finali taz-zewg Bordijiet ta' l-Appelli kienet differenti, l-Imhallef Magri ddecieda li ghandu jibqa' validu biss ir-rizultat tas-Selection Board u l-applikanti kollha ghandhom jergghu jinghataw opportunita' li jressqu l-appelli taghhom mill-gdid quddiem Bord ta' l-Appelli wiehed, li gie mwaqqaf mit-Telemalta fejn id-decizjoni ta' dan il-Bord tkun finali biex ikun konformi mal-Ftehim Kollettiv.
It-Telemalta kienet hadet hsieb li tonora fedelment d-decizjoni tal-Qorti. Ghalhekk gie mwaqqaf Bord ta' l-Appell mill-gdid. Bhala Chairman gie appuntat Dr. Philip Sciberras u l-membri kienu Joe Sammut ghal Maltacom u Lorry Lautier ghal GWU.
L-applikanti kollha nghataw l-opportunita' li jistghu jressqu l-appell taghhom fejn dawn gew ezaminati mill-Bord tal-Appelli.
Il-bord ta' l-Appelli ghamel ir-rapport fejn d-decizjoni li tohrog minnu tkun finali. Dan gie approvat mill-Bord tad-Diretturi tal-Maltacom u sussegwentament dawk l-applikanti li kien jimmmeritahom promozzjoni nghataw l-ittra tal-hatra. Ir-rizultat finali gie ppublikat fl-Ufficcju tal-Personnel kif huwa mitlub fil-Ftehim Kollettiv.
Il-Ministru Mizzi qal li minn dan kollu, rrizulta li dak li hu stess kien isostni mill-Oppozizzjoni kien minnu, jigifieri li meta nghataw l-promozzjonijiet f'dawn il-gradi f'Dicembru 1993 kienu twettqu ngustizzji; dan ukoll gie kkonfermat mill-qorti.
Kienet ir-responsabbilta' tal-Maltacom li kull impjegat li kien haqqu promozzjoni tigi moghtija lilu. Dan il-process sar u b'hekk wara sitt snin issa gie fit-tmiem tieghu. Il-Maltacom hadet hsieb tahdem l-arretrati tas-salarji flimkien mal-aggustament tar-riforma.
Il-Ministru Mizzi zied jghid li peress li dan il-kaz beda jsegwieh mill-bidu tieghu u mill-Oppozizzjoni kemm-il darba kien esprima l-pozizzjoni tieghu, hass li kellu jaccetta l-istedina biex ikun prezenti meta sar haqq mal-haddiema li ngustament ma kienux ser jinghataw dak li bi dritt kien jimmeritahom. Il-Ministru qal li kien sodisfatt li b'dan il-mod giet imwettqa l-weghda tal-Gvern ghal gustizzja ma dawk li hassew ruhhom maqbuza b'mod arbitrarju.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922