Il-Vici Prim Ministru George Vella jiltaqa' ma' delegazzjoni kummercjali Ciniza
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, illum il-Hamis, 18 ta' Gunju 1998, kellu laqgha ma' delegazzjoni kummercjali mir-Repubblika Popolari tac-Cina.
Matul il-laqgha, il-Vici Prim Ministru iddiskuta mad-delegazzjoni Ciniza l-possibilita' ta' tkattir ta' aktar kummerc bejn iz-zewg pajjizi; joint ventures fil-qasam tal-manifattura ta' l-ghamara kif ukoll investiment Ciniz fl-oqsma tal-fishfarming, lukandi u divertiment.
Id-delegazzjoni Ciniza, li hija mmexxija mis-Sur Sun Diangao, Sindku tal-Provincja ta' Hebei, tinkludi ufficjali gholja mill-industrija ta' l-ghamara, ta' l-agrikoltura u ta' l-ivjaggar. Id-delegazzjoni tinkludi wkoll investituri privati Cinizi.
Id-delegazzjoni Ciniza mistennija thalli Malta nhar it-Tlieta, 23 ta' Gunju 1998.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922