L-Esportazzjoni tizdied bi 13.3%
RIMUS RILEY JINVESTU FIL-KWALITA' BIEX JINDIRIZZAW KEMM IS-SUQ LOKALI, KIF UKOLL L-ESPORTAZZJONI LEJN IL-LVANT NOFSANI U L-AFRIKA TA' FUQ
Il-figuri ppubblikati fi tmiem il-gimgha li ghaddiet mill-Ufficcju ta' l-Istatistika komplew juru xejriet pozittivi f'dik li hi esportazzjoni domestika tal-manifattura. Wara li f'Jannar u Frar li ghadda l-esportazzjoni domestika zdiedet b'LM 10.6 miljun fuq l-istess perjodu matul l-1997, f'Marzu ta' din is-sena l-pajjiz rega rregistra zieda ta' LM 7.6 miljun. B'hekk fil-perjodu Jannar - Marzu 1998 l-esportazzjoni domestika zdiedet b'LM 18.2 miljun (jew 13.3 fil-mija) hekk kif imqabbla ma' l-istess perjodu ta' l-1997.
Il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, ikkummenta fuq dawn il-figuri pozittivi waqt zjara li ghamel fil-fabbrika ta' Rimus Riley f'Bulebel. Huwa qal li dan it-titjib juri li l-ekonomija Maltaija ghaddejja minn ritmu tajjeb. Fil-bidu ta' din is-sena rajna zieda ta' 13.5 fil-mija f'dik li hi esportazzjoni totali lejn l-Unjoni Ewropeja. Kien hemm zieda ta' kwazi 7 fil-mija fl-esportazzjoni lejn l-Amerika u ta' 21 fil-mija lejn l-Asja.
Rimus Riley, li hi family concern, twaqqfet fl-1975. Bdiet bhala kumpanija li timporta snack foods. Imbaghad minhabba l-policy ta' import substitution htegielha taqleb ghall-produzzjoni. Kien ghalhekk li dak iz-zmien twaqqaf progett bis-shab ma' Riley's ta' Scunthorpe. Fl-1980 Rimus Riley saret l-ewwel fabbrika f'Malta li tipproduci wafers. Fl-1985 meta giet fis-sehh l-import subsititution fuq il-gallettini, Rimus Riley dahlet ghall-produzzjoni ta' dawn il-prodotti wkoll.
Dr. Attard Montalto qal li ghalkemm fis-settur ta' snacks, gallettini u wafers, l-esportazzjoni mhix wahda sinjifikanti, biex jintlahqu miri ghola l-livelli ta' kwalità u nvestimenti fit-teknologija, promozzjoni tal-prodott u rizorsi umani huma rekwiziti necessarji. Dan minhabba zewg ragunijiet fondamentali: is-settur ma jikbirx bi protezzjoni jew b'tariffi fuq l-importazzjoni u, t-tieni, fl-assenza ta' swieq ghall-esportazzjoni wiehed xorta jkollu jikkompeti ma' l-importazzjoni ta' prodotti li bhalhom jigu prodotti f'Malta. Il-Ministru kompla li "indipendentement jekk wiehed jesportax jew le, l-industrija lokali trid tibqa' tinvesti sabiex tiggarantixxi l-kompetittività tal-prodott (jew linji ta' prodotti) fis-suq u tiggarantixxi wkoll l-ghazla ghall-gosti differenti tal-konsumaturi."
F'dawn l-ahhar snin Rimus Riley wettqet investimenti kemm f'dik li hi teknologija ta' packaging, kif ukoll f'makkinarju biex tkun tista' toffri varjetà wiesgha ta' prodotti fis-suq. Fil-fatt il-kumpanija tipproduci sbatax-il varjetà ta' gallettini u tnax-il varjetà ta' snacks. Rimus Riley tesporta ma' l-10 fil-mija tal-produzzjoni taghha fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq. Qeghda wkoll tesplora opportunitajiet ta' esportazzjoni lejn l-Istati Uniti.
Biex izzomm ruhha aggornata mal-kompetizzjoni l-kumpanija hadet diversi inizjattivi f'dawn l-ahhar zminijiet. Gew illancjati tlett prodotti godda ta' gallettini, linja djetetika ta' wafers u, il-gimgha l-ohra gew introdotti fuq is-suq zewg tipi ta' low-fat snacks.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922