Titjib fl-attivita' ekonomika fis-settur tat-tjur
Meta wiehed iqis li l-produzzjoni u l-qatla tat-tjur f'pajjizna lahqet il-livell ta' madwar 6 miljun tigiega fis-sena, b'valur ta' aktar minn Lm 5 miljun lira, jifhem bla tlaqliq il-htiega li s-settur tat-trobbija tat-tjur irid ikun sostnut b'kontrolli godda u aktar effettivi.
Dan fid-dawl li jkun assigurat li s-suq u l-attività ekonomika ta' dan il-qasam jitjiebu ghall-gid tal-bidwi produttur, tal-processur u l-konsumatur.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, is-Sur Noel Farrugia, meta kien qed jitkellem ma' zewg delegazzjonijiet ta' investituri barranin li huma interessati li jinvestu f'Malta fis-settur tal-biedja.
Huwa spjega l-kundizzjonijiet il-godda li l-Gvern se jgib fis-sehh ix-xahar id-diehel sabiex ikompli jsahhah is-settur tal-biedja f'pajjizna.
Huwa temm ighid li l-Gvern huwa konxju li b'dawn il-mizuri l-godda se joghla aktar il-livell ta' din l-industrija u sejjer jizdied l-investiment lokali u barrani f'dan is-settur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922