Isir l-ezercizzju Canale 98 'l hinn minn Ghawdex
KOOPERAZZJONI MILITARI BEJN PAJJIZI EWRO-MEDITERRANJI
Illum fl-ibhra Maltin u fuq l-art fid-Dwejra Ghawdex saru l-ezercizzji ta' tahrig militari CANALE '98 bejn Malta u l-Italja u pajjizi Ewro-Mediterranji ohra 'il barra mill-gzira ta' Ghawdex . Fl-ezercizzji hadu sehem 1,300 suldati mill-Forzi Armati ta' Malta, l-Italja, Franza u t-Turkija, waqt li bhala pajjizi osservaturi kien hemm Cipru, il-Gordan, il-Marokk, it-Tunisija, l-Algerija u l-Awtorita` Palestinjana. Fl-ezercizzji hadu sehem vapuri mill-Flotot Navali ta' l-Italja, Franza u t-Turkija kif ukoll ajruplani, helicopters u lanec tal-Forzi Armati ta' Malta u ta' l-Italja.
Ghal dawn l-ezercizzji militari attendew il-Prim Ministru Alfred Sant u s-Sotto Segretarju fil-Ministeru tad-Difiza Taljan, Gianni Rivera. It-tahrig militari beda matul il-lejl li ghadda u kompla matul il-gurnata ta' llum kemm fuq il-bahar kif ukoll fuq l-art fid-Dwejra li fl-ahhar sighat inbidel f'kamp militari kbir ghas-suldati tal-pajjizi imsiehba f'dan it-tahrig militari. It-tahrig kien konness mas-sigurta` fic-centru tal-Mediterran fosthom xoghol ta' salvatagg b'helicopters militari f'nofs ta' bahar, kontroll fuq traffiku illecitu ta' droga u ta' immigranti illegali lil hinn mix-xtut tal-Mediterran.
Fid-Dwejra l-Prim Ministru Malti qal li kien impressjonat bil-professjonalita` li intweriet mis-suldati Maltin u Taljani. Dr. Sant awgura aktar hidma u kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurta` bejn Malta u l-Italja u l-pajjizi l-ohra Ewro-Mediterranji li huwa qal hija kompatibbli mija fil-mija man-newtralita` ta' Malta. Din il-kooperazzjoni tkompli issahhah il-hidmiet flimkien bejn Malta u l-Italja favur is-sigurta` u l-paci fiz-zona tac-centru tal-Mediterran.
Il-Prim Ministru iltaqa' mas-suldati Maltin u Taljani kemm fuq il-bastiment militari Taljan SCIROCCO u ma' dawk li kienu qeghdin jiehdu sehem f'tahrig militari fid-Dwejra Ghawdex. Il-professjonalita` li wrew is-suldati Maltin, qal il-Prim Ministru, tawgura biex l-Armata Maltija tkun ta' simbolu ta' l-ghaqda f'pajjizna. Il-Prim Ministru tkellem favur is-shubija bejn il-Forzi Armati Maltin u Taljani biex tigi zviluppata dejjem ahjar is-sigurta` fic-centru tal-Mediterran. Il-Gvern Malti huwa determinat li jkompli jsostni u japprofondixxi r-rabtiet kbar ta' hbiberija li diga` jezistu bejn Malta u l-Italja u li huma ta' interess ghaz-zewg popli, waqt li awgura li l-pajjizi Ewro-Mediterranji jibqghu jiehdu sehem f'dawn l-ezercizzji.
Is-Sotto Segretarju Taljan Gianni Rivera qal li dawn l-ezercizzji taw konferma ohra tal-kooperazzjoni u l-hbiberija li jezistu bejn Malta u l-Italja. Rivera qal li din il-kooperazzjoni se tigi estiza u mkabbra fil-futur waqt li enfasizza s-siwi tal-partecipazzjoni tal-pajjizi Ewro-Mediterranji f'dawn l-ezercizzji militari. Rivera irringrazzja lill-Prim Ministru li fic-cirkostanzi prezenti xorta wahda sab il-hin biex jattendi ghal dawn l-ezercizzji militari u wieghed l-appogg u l-kooperazzjoni tal-Gvern Taljan lill-Gvern Malti ghal aktar kollaborazzjoni f'dan il-qasam.
Il-Prim Ministru dalghodu ittiehed b'helicopter militari mix-Xatt tal-Birgu lejn il-vapur Taljan SCIROCCO, akkumpanjat mis-Sotto Segretarju f'isem il-Gvern Taljan. Hemmhekk saru ezercizzji ta' salvatagg fuq il-bahar waqt li l-frigata Franciza COMMANDANT BUOAN u l-frigata Torka TGC EGE ippartecipaw f'aktar hidmiet ta' salvatagg.Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922